Semmejt l-irwejjaħ tad-drenaġġ li wieħed ixomm waqt li jasal qrib it-Tieqa Naturali ta' Wied il-Mieħal.
Min ma marx f'Wied il-Mielaħ?

Anke lill-Fenech Adami ħaduh hemm. Saħansitra Peppi ta' Xarabank mar hemm jieħu l-filmati bħala eżempju ta' kemm morna tajjeb mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropeja.

Govanna marret kemm-il darba u wkoll jidher li ġibdulha ftit ritratti mhux ħażin.
Ġibdulha ritratt mas-Sindku u ma' l-eċċellenza tagħha Danuta Hubner, Kumississarju ta' l-EU. (araw it-ritratti bit-tieqa ta' Wied il-Mielaħ fil-background).


Imma l-isbaħ ritratt huwa tal-Kummissarju Ewropew tipponta jdejha lejn irħama kommemorattiva li għadha mwaħħla fil-post sal-ġurnata tal-lum. Mhux faċli taraha. Imma jekk tħares lejn il-wied u tibda tara d-drenaġġ inixxi fit-triq tal-wied....propju hemmhekk issib l-irħama kommemorattiva ta' l-Eċċellenza tagħha.

minn Ta' Sannat ċempilli u qalli bil-'complaints' li qed jaslulu minn turisti li jgħażlu li jiġu Għawdex għall-mixjiet qalb il-kampanja. Ovvjament dawn l-ilmenti huma dwar id-drenaġġ ħiereġ mill-wied u li jibqa' nieżel fil-baħar. Interessanti li meta ghedtlu biex jiġi biex jieħu sehem f'konferenza stampa, dan qalli li ma jridx "li ma jmorrux il-kaċċaturi jagħmlu għalija meta nkun waħdi bit-turisti f'dawn l-inħawi". Tassew għedt li huma ħafna li għadhom iħarsu l-interessi tal-but milli tal-pajjiż!

Illum għidt li l-aħjar hu li nagħmel dmiri bħala cittadin li dejjem ħallast it-taxxi u għalhekk ktibt lill-Pollution Section tal-MEPA. Hekk l-aħjar li wieħed jagħmel: imur f'ras il-għajn mill-ewwel.
Ma taqbilx?
U ktibtilhom hekk:
Sinjur/a,
Nixtieq inressaq l-ilment tiegħi formalment bħala resident mill-Għarb, bħala tax-payer u bħala individwu li għandi r-raba' fl-inhawi ta' Wied il-Mielaħ.
Ta' sikwit nisimghu fuq il-mezzi ta' l-istampa ftaħir dwar fondi kbar li ntefqu mill-Fondi Strutturali Ewropej (2004-06) u fondi oħra li akkwista l-Kunsill Lokali ta' l-Għarb sabiex jiġi riabilitat Wied il-Mielah fl-Gharb (Restauration and Management of Strom Water Project).
Minkejja dan kollu ir-riħa ta' drenaġġ taqsmek għadha persistenti sal ġurnata mqaddsa tal-lum. Barra minnhekk, issa li beda l-istaġun tax-xita, il-ħama u d-drenaġġ huwa evidenti għaddej mill-wied u jibqa nieżel fil-bahar.
Tista' tikkonfermali jekk:
1) hemmx sezzjoni fil-MEPA li tiehu hsieb li dawn l-irwejjaħ mid-denaġġ għaddej fl-apert jieqaf minnufih;
2) Jekk huwiex normali li d-drenaġġ jitħalla jibqa' ħiereġ mill-wied u jibqa' sejjer fil-baħar;
3) Jekk 'flow' ta' drenaġġ hekk fl-apert jagħmilx sens mall-kunċett li qed jadotta l-Gvern Nazzjonalista f'dak li qed isejjah bħala Eko-Għawdex;
4) X'pass qiegħdin jittieħdu jew ser jittieħdu sabiex l-ilment tiegħi jasal f'ras il-għajn u jissewwew dawn il-ħsarat ambjentali u l-'health and safety hazards' li jaffaċċjaw nies bħali li jgħaddu minn dan il-wied. Dan minbarra dawk it-turisti li jgħażlu li jiġu jżuru 'l Għawdex tagħna għall-mixjiet qalb il-kampanja u japprezzaw il-wirt naturali tagħna. Żgur li ma jista' qatt ikun li japprezzaw d-drenaġġ f'wiċċ il-wied u l-intejjen ta' rwejjaħ li dan iġib miegħu.

Sabiex l-ispetturi jsibu l-post eżatt ta' l-overflow, bizzejjed li jsibu l-irħama kommemorattiva (mehmuża fl-email) tal-H.E. Danuta Hubner, Kumississarju ta' l-EU, peress li l-agħar parti tad-drenaġġ jinstab eżattament quddiem l-eċċellenza tagħha.
Noffri s-servizzi volontarji tiegħi biex jekk trid, meta l-ispetturi jiġu jispezzjonaw dawn l-inħawi jistgħu iċempluli u jien stess nurihom fejn eżatt jinstab dan id-diżastru ambjentali.
B'hekk żgur ħadd ma jkun jista' jgħid li 'ġie u ma ra jew xamm xejn'.
Grazzi u nitolbok iżżommni infurmat.
Victor Galea
130, Triq il-Knisja Għarb, Għawdex.
Mob: 79017017
Hawn dan il-video rated AO - arah jekk trid: