
Jien nahseb li ser tkun sena interessanti.
Probabbli tul ix-xahar ta' Jannar in-nies jibdew jircievu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. U dan ser ikun ta' thassib ghall-maggoranza tal-familji bi dhul medju. Izda f'Marzu, imbaghad, ghax ikunu waslu l-elezzjonijiet, il-Gvern ihabbar trahhis fir-rati tad-dawl u l-ilma. Soltu storja nsomma.
F'April jrid jinbidel il-President u jkollna president jew presidenta, li suppost tgawdi ir-rispett ta' ghadd kbir ta' Maltin u Ghawdxin. Ma nafx kemm il-gvern nazzjonalista li m'ghandux il-maggoranza assoluta tal-voti tal-poplu Malti u Ghawdxi, jerga' jissogra jinnomina xi politikant iehor nazzjonalist. Nittama biss li ma jintghazilx xi hadd li jkun maghruf kemm hadem ghal xi partit izda mhux ghall- pajjiz.
F'Gunju wiehed irid izomm f'ghajnejh li l-Maltin u l-Ghawdxin kollha ser ikun mitluba jivvutaw u jaghzlu membri ghal Parlament Ewropew u ghal numru ta' kunsilli lokali. Hawnhekk il-poplu ser jerga' jfakkar lill-gvern li huma ghandhom il-poter fuq il-vot taghhom. Allura ma nistaghgibx li nerga'
Mill-banda l-ohra, nahseb li nibdew naraw xi rizultati ta' xi riformi mwieghda qabel l-elezzjoni. Fosthom dik tal-ligi tal-kera, tal-kunsilli lokali u tat-trasport pubbliku. Inhoss li din ta' l-ahhar hija l-aktar wahda li ser tolqot b'mod immedjat lil ghadd kbir ta' nies. Ironikament, ir-riforma tat-trasport pubbliku suppost tibda mill-gzira t'Ghawdex, fejn it-trasport pubbliku huwa kwazi inezistenti – allura anke jekk inzidu xi rotta, din tkun okkazzjoni tajba fejn nistghu naqtghu xi zigarella u narawhom fuq l-ahbarijiet tat-tmienja ghax xi hadd jiddeciedi li din l-ahbar ghandha news value. Interessanti naraw kif Austin Gatt u Govanna Debono ser jahdmu flimkien biex ma jirfsux kallijiet.
Bil-haqq insejt ir-riforma tal-MEPA! Bhal hafna tibdiliet ohra li saru huwa inutli li tbiddel il-work practice jekk ma tbiddilx il-work ethics. Nifhem li din ta' l-ahhar ser tkun bicca xoghol iebsa ghal Lawrence Gonzi, li nehha din ir-responsabbilta'
Nahseb li din is-sena wkoll tibqa is-sena tas-skiet u fomm maghluq fuq affarijiet li suppost isahhu d-demokrazijka f'Malta Ewropeja. In-nies mhux ser jinsew il-manuvri li nkixfu lejn tmiem is-sena li ghaddiet mill-e-mail ta’ Pawlu Borg Oliver fejn talab lill-Gvern jerga' jibda jghaddi lill-Partit Nazzjonalista informazzjoni personali u sensittiva ta' nies privati li jkunu marru ghandu b'xi ilment jew talba ghal ghajnuna. Ghalhekk mhux sorpriz li matul din is-sena wkoll, Lawrence Gonzi jibqa' sieket dwar dan ukoll.
Mill-banda l-ohra, zgur li din is-sena ser nisimghu hafna kliem ta' ottimizmu kemm mit-tmexxija nazzjonalista u anke mit-tmexxija laburista. Diskorsi.
Fuq livell internazzjonali, nahseb li hemm stennija dwar il-hidma tal-President Amerikan Barak Obama. Nahseb l-akbar stennija hija kif dan l-ewwel President Afro-Amerikan ser jahdem favur il-paci u s-serhan tal-mohh f'dinja mbezza' mill-kunflitti, traffikar tan-nies f'pajjizi b'mod irregolari, gwerer, guh u ngustizzji.
Nahseb li naraw tibdiliet drastici dwar il-politika Ewropea rigward dak li kien jissejjah is-suq hieles f'dinja globalizzata.
Indunajna issa li s-sinjur aktar ma jkollu aktar irid, xi drabi b'detriment ghal min hu ifqar. Nahseb li fejn qabel il-gvernijiet tal-pajjizi hallew liberta’ assoluta lis-suq b'rizultat li l-ekonomija dinjija falliet; issa naraw li l-gvernijiet ser ikollhom jaghtu kaz aktar il-harsien socjali tac-cittadini taghhom. Allura nistenna li
Fuq livell personali, nahseb li ser tkun sena fejn ser inkompli nitghallem hafna affarijiet godda fosthom kif norganizza l-quccija ghat-tifel, li f'Mejju 2009 jaghlaq sena.
U INT?
ara l-link billi taghfas hawnhekk.






