U ghal mistoqsija bhal din ikollna diversi twegibiet:
"Xorta wahda ghalija"
"Nippreferi nduqhom it-tnejn jekk ma jimpurtax"
"Ha nipprova tal-muntun. Mhux xorta?"
Imma jkun hemm min jinduna li r-rahhala taghna jghadduha fin-nejk.
Mill-bidu jindunaw li ser jghaddu gurnata relax.
Huma hafna dawk li jigu Ghawdex biex iwettqu wahda mill-esperjenzi li toffri l-Fondazzjon li hloqt jien: Il-Fondazzjoni Ager. Hawn numru ta' nies li tassew jinteressahom l-agro-turizmu. Wahda mill-esperjenzi l-aktar popolari hi meta jaghzlu li jqattghu gurnata ma' rahhal: Maltin, Turisti u studenti.
Ir-rahhala taghna jahilbu dak il-hin stess ftit halib tan-naghga jew tal-moghza. Ikun ghadu shun u ghidli int x'naqra kafe qed tixrob. Mal-kafe ma jonqsux ftit qriemec maghmulin id-dar stess.

Sakemm il-merhla qed tiekol, inaddfu il-bitha mdaqqsa
"X'inhi d-differenza bejn bajda-bajda u bajda-kannella?" Ftit huma dawk li jafu!
U wara li jingabar il-bajd immorru biex nahilbu.
Hawnhekk jibda l-ghors.
Anke dawk li ghall-ewwel ighidu "jaqq", x'hin jigu biex imissu l-bezzul donnhom jithajjru ghax ighidulek li din esperjenza ta' darba.
Wara li jingabar il-halib kollu, immorru insaffuh. Bil-qtar

Kollu taghlim dan, kemm ghat-tfal u anke ghal kbar. Jiehdu gost il-familji kollha li jigu. Anke dawk il-genituri li jigu bl-intenzjoni li ser jiehdu gost it-tfal taghhom - fl-ahhar jispiccaw jitghallmu u jiehdu gost huma wkoll.
Sakemm jghaqad il-halib ikun beda jirrumba. Forsi ma tafx xi tfisser jirrumba. Ma ntikx tort li ma tafx il-brejku, izda tinsiex li jien mill-Gharb u naf xi kelma 'l hawn u 'l hemm. Ikun sar hin l-ikel. Il-Fondazzjoni Ager hija membru tal-Moviment Slow Food. Ghalhekk it-tip ta' tisjir huwa tisjir li jsir bil-mod - fil-forn.
U l-esperjenza ma tieqafx hawn.
U mbaghad irridu ngizzu xi naghga bil-gelem. Is-suf tan-naghag ikun hemm min jigbru halli jnaddfu u jibqa' tifkira.
Mhux biss familji jaghzlu li jqattu jum b'differenza f'Ghawdex permezz ta' l-agro turizmu, izda anke ghalliema bil-klassijiet taghhom. Gieli gew studenti Universitarji tal-Home Economics u anke mid-dipartiment tal-Malti peress li waqt esperenza bhal din ikollhom ic-cans jitghallmu kliem Malti safi li illum tista' tghid li ftit li xejn ghadu jintuza. U x'hemm isbah milli titghallem il-lingwa minn fomm dak li jkun?
3 comments:
Kemm hu ta' taghlim dan il-blog tal-lum. Proset Victor.
Tghid bil-progress li ghandna illum, insejna s-snajja sbieh ta'dari? Hasra!
Imma biss sahha tal-Ager zgur li dawn it-traduzzjonijiet u snajja tar-raba' jibqghu hajjin.
Grazzi Ager!
Proset Victor,
Permezz ta' din l-inizjattiva tieghek qed tghallem lil Ghawdxin xi jfisser turizmu responsabbli. Well done. Nibbukkja zgur btala bhal din kif jigu niesna mill-Awstralja.
Esperjenza rikka hafna ghal kull eta - kemm bhala divertita kif ukoll fl-attivitajiet diversili jsiru matul din il-gurnata. Mezz tajjeb hafna kif wiehed jitghallem fuq il-hidma bla heda tar-rahhal li ftit ftit qieghda tispicca. U xi nghidu ghat-taghlim fil-kliem bil-Malti li rari nisimghuh. Grazzi Victor ta' dan it-taghlim li qieghed taghtina.
Post a Comment