Reading the Sunday newspapers today I was so pleased to read a contribution as a letter to the Sunday Independent Editor under the name of Not. J. L. Attard (Read HERE).Not sure if Attard is the one I know.
Although the first part of his letter was focused on statistical figures of unemployment written in quite a partisan way and thus bashing the PN government, the rest of his letter was positive. I am so pleased that finally another Gozitan can see a solution to create more jobs in Gozo by investing in the agri-tourism sector.
Two summers ago, an SBS Radio representative visited Gozo. She and her family participated in one of the experiences offered by the Ager Foundation. She interviewed me (in Maltese) and some of the service providers - farmers. I downloaded the sound clip from the Sydney Radio and created the video clip below and added it to the new Ager Foundation Youtube page.
Showing posts with label biedja. Show all posts
Showing posts with label biedja. Show all posts
Sunday, 27 April 2008
Monday, 14 April 2008
Halib tal-bodbod jew tal-muntun?
U ghal mistoqsija bhal din ikollna diversi twegibiet:
"Xorta wahda ghalija"
"Nippreferi nduqhom it-tnejn jekk ma jimpurtax"
"Ha nipprova tal-muntun. Mhux xorta?"
Imma jkun hemm min jinduna li r-rahhala taghna jghadduha fin-nejk.
Mill-bidu jindunaw li ser jghaddu gurnata relax.
Huma hafna dawk li jigu Ghawdex biex iwettqu wahda mill-esperjenzi li toffri l-Fondazzjon li hloqt jien: Il-Fondazzjoni Ager. Hawn numru ta' nies li tassew jinteressahom l-agro-turizmu. Wahda mill-esperjenzi l-aktar popolari hi meta jaghzlu li jqattghu gurnata ma' rahhal: Maltin, Turisti u studenti.
Ir-rahhala taghna jahilbu dak il-hin stess ftit halib tan-naghga jew tal-moghza. Ikun ghadu shun u ghidli int x'naqra kafe qed tixrob. Mal-kafe ma jonqsux ftit qriemec maghmulin id-dar stess.
Jibdew ix-xoghol fir-razzett u wara li jitimghu lill-fniek u liz-zrameg, inaddfu l-imxatar halli jitimghu wkoll lin-naghag u lill-moghoz. Marbut ghalih ikollna l-muntun u kulhadd jistaqsi 'l ghaliex. Izda bhalissa l-bodbod (jew il-wott) ikun mitluq mall-moghoz halli jkun jista' jghammar. Ma ghandniex hafna wtut. Wott wiehed bizzejjed ma' merhla moghoz. Kulhadd xortih fid-dinja ighidu. Bhalissa ghandna l-gidien. Il-hrief baqghalhom ftit. Ghandna l-abura u anke l-ghenieqa.Sakemm il-merhla qed tiekol, inaddfu il-bitha mdaqqsa
"X'inhi d-differenza bejn bajda-bajda u bajda-kannella?" Ftit huma dawk li jafu!
U wara li jingabar il-bajd immorru biex nahilbu.
Hawnhekk jibda l-ghors.
Anke dawk li ghall-ewwel ighidu "jaqq", x'hin jigu biex imissu l-bezzul donnhom jithajjru ghax ighidulek li din esperjenza ta' darba.
Wara li jingabar il-halib kollu, immorru insaffuh. Bil-qtar
tat-tames, inhallu l-halib isir baqta. Anke din tat-tames, qed insibu li huma ftit wisq dawk li jafu kif isir it-tames mill-istonku tal-haruf ta' xi 10 jew 15-il jum.Kollu taghlim dan, kemm ghat-tfal u anke ghal kbar. Jiehdu gost il-familji kollha li jigu. Anke dawk il-genituri li jigu bl-intenzjoni li ser jiehdu gost it-tfal taghhom - fl-ahhar jispiccaw jitghallmu u jiehdu gost huma wkoll.
Sakemm jghaqad il-halib ikun beda jirrumba. Forsi ma tafx xi tfisser jirrumba. Ma ntikx tort li ma tafx il-brejku, izda tinsiex li jien mill-Gharb u naf xi kelma 'l hawn u 'l hemm. Ikun sar hin l-ikel. Il-Fondazzjoni Ager hija membru tal-Moviment Slow Food. Ghalhekk it-tip ta' tisjir huwa tisjir li jsir bil-mod - fil-forn.
U l-esperjenza ma tieqafx hawn.
U mbaghad irridu ngizzu xi naghga bil-gelem. Is-suf tan-naghag ikun hemm min jigbru halli jnaddfu u jibqa' tifkira.
Mhux biss familji jaghzlu li jqattu jum b'differenza f'Ghawdex permezz ta' l-agro turizmu, izda anke ghalliema bil-klassijiet taghhom. Gieli gew studenti Universitarji tal-Home Economics u anke mid-dipartiment tal-Malti peress li waqt esperenza bhal din ikollhom ic-cans jitghallmu kliem Malti safi li illum tista' tghid li ftit li xejn ghadu jintuza. U x'hemm isbah milli titghallem il-lingwa minn fomm dak li jkun?
Labels:
Ager Foundation,
biedja,
gbejniet,
Ghawdex,
J'accuse,
rahhal,
Slow Food,
Victor Galea
Subscribe to:
Posts (Atom)