Monday, 1 December 2008
Aktar dwar eku-Għawdex u l-belveder tal-Qala
Jekk tħares biss lejn dan il-bini propost fuq il-belvedere tal-Qala wkoll tistaqsi: "Xi jridu igħidu biha din ta' l-eco-Għawdex?"
Niftakar, xi żmien qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, kienu kellmuni xi nies minn dawk l-inħawi. Qaluli li jixtiequ li l-Alternattiva tgħinhom joġġezzjonaw.
Pero' sibt li l-closing date sabiex wieħed joġġezzjona kien ilu li għalaq. Jien staqsejthom jekk laħqux għamlu 'objection' huma jew jekk kellmux xi avukat jew perit. Huma qaluli "L-Avukat bgħatna għandek, għax hu ghandu post hemmhekk ukoll".
Jien ghidtilhom sabiex ninġabru u nagħmlu konferenza stampa fuq il-post. Pero' x'ġara?
Dak iż-żmien, ħadd ma ried juri wiċċu ma' ta' l-Alternattiva "anke minhabba l-Avukat, mhux sew li nidhru magħkom li ma jmurx jaħseb li se nivvutaw AD flok xi partit iehor".Qiegħdin tajjeb f'dal-pajjiż!
Għada hemm il-każ quddiem il-famuża MEPA. J'alla tiġihom żewgt.
Saħħa
Labels:
Alternattiva Demokratika,
Eco-Ghawdex,
Ghawdex,
Gozo,
L-Avukat tal-Lejber,
MLP,
Qala,
Xerri l-Bukkett
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
2 comments:
I simply could not believe this!
Victor habib,
Qabel ma' l-Ghawdxin ikollhom il-kuragg jivvutaw Alternattiva, l-affarijiet qatt m'huma ser jinbidlu.
Dak hu li jigrilu min joqghod jibza juri wiccu. Minflok ma juza l-poter hu, jispicca jaghti l-poter lil min ghandu il-liri u l-kuntatti.
Post a Comment