Aleander Balzan huwa ġurnalist ieħor li nħoss li qed jipprometti ħafna f'dak li hu ġurnaliżmu investigattiv. Barra minnhekk, mill-mod kif jikteb jidher li għandu għal qalbu dak li fil-kotba jissejjah 'il-patrimonju Malti'.
Aleander huwa ġurnalist ma'
Il-Kulħadd, u l-Ħadd li għadda kiteb rakkont interessanti li semmih
"Teżor arkeoloġiku jinbidel f'miżbla". Nissuġġerilkom taqraw dan ir-rapport ta' Aleander billi tagħfas
HAWN u tifmhu 'l ghaliex qed insemmi din l-
entry fil-blog bit-titlu ta' 'It-Turisti...żibel eċċetra, eċċetra.
Irrid nirringrazzja lill-kunsillier ta' l-AD f' Ta' Sannat John Mizzi li għogbu jmur jieħu r-ritratti fl-inhawi Ta' Lambert fix-Xewjika, sewwa sew fuq ix-xaqliba l-oħra ta' Ta' Cenc - propju fejn hemm il-heliport u fejn xi tnejn tal-qalba qed ighidu li t-turiżmu f'Għawdex għandu bzonn l-airstip sabiex ikampa....ara l-blog tal-gozoairstrip
hawnhekk.
Din id-darba John Mizzi ma ġiex arrestat talli mar jieħu dawn ir-ritratti f'dan il-post tal-biki. Tiftakar meta il-pulizija tar-renju t'Ghawdex ħassru r-ritratti kollha ta' John meta dan mar ħa r-ritratti f'Wied l-Infern waqt li tal-MEPA ġew inaddfu l-ħniżrijiet li għamel is-sindku taż-Żebbug? Jekk insejt, tista' taqra
HAWN.
Imma tiġix tgħidli li int u tara dawn ir-ritratti ma tħossx rabja ġo fik tafx!
L-aktar meta is-Supretendent tal-Wirt Kulturali għadu kemm ippubblika r-rapport annawli tiegħu u appella lill-MEPA sabiex l-inħawi kollha f'Ta' Ċenċ ikunu protetti (skedati).
Mhux biss, iżda f'dan ir-rapport tiegħu, is-Supretendent saħaq li x-xaqliba l-oħra ta' Mġarr ix-Xini, cioe' in-naha tal-heliport magħrufa bħala Ta' Lambert, fadal siti arkeoloġici li għadhom
mhux tant maghrufa u ghaldaqstant jenħtiegu wkoll protezzjoni.
Propju dawn ir-ritratti li qed tara sieħeb!
Imma jekk tifli sew dawn ir-ritratti tibda tikkonferma li dan id-diskors bħal ħafna appelli oħra minn diversi sorsi, l-Awtoritajiet ta' Għawdex donnhom qed jipprteġu lil min imur u jeqred dawn l-inħawi fid-dawl tax-xemx.
U dan minkejja li l-gvern ta' maġġoranza relattiva (mhux aktar assoluta) jgħid (qabel l-elezzjoni) li ser jadotta l-vizjoni ta' l-Alternattiva Demokratika biex jibdel lil Għawdex fi gżira eku-loġika.
U allura kif ikkummentajt fir-rapport tal-gurnalist żgħażugħ Aleander, naħseb li għandi raġun ngħid li "jew il-Prim Ministru ma kienx jaf x'qiegħed jikkopja jew inkella tassew li l-pilastru ambjentali tmermer".
Meta tara dawn ir-ritratti tassew jaqbdek il-biki. Trid tkun bla skola kif igħidu, jew ala bieb il-ħanżira biex ma tgħidx x'arukaża!
Meta ser tifhem il-Ministru t'Għawdex illi l-ħarsien tal-kampanja u s-siti pre-istoriċi huma ta' valur enormi u jgħin
fl-izvilupp ta' niċċa oħra ta' turiżmu li Ghawdex tant jista' jibbenefika minnha?
Possibbli għadha ma semgħetx li f'Għawdex jiġu wkoll turisti minħabba is-sbuħija naturali tal-gżira?
Biss biss jien naf ħbieb minn Malta li jgħiduli li jħobbu jżuru Għawdex propju minħabba l-kwiet u s-sbuħija naturali tiegħu!
Iltqajt ma' turisti li jżuru Għawdex propju
minħabba r-rikkezzi fl-istorja tiegħu.
Naf ukoll nies li ġew Għawdex (u ħallew il-flus) propju 'l għaliex iħobbu jimxu fil-kampanja tagħna u jgawdu l-flora u l-fawna li huma biss jafu jsebbħu wiċċ gżiritna kif riedha Alla l-Imbierek.
Imma araw daqsejn dan ir-ritratt bil-kurċifiss fil-miżbla f'Ta' Lambert!
Min segwina qabel l-elezzjoni jiftakar li ħriġna manifest elettorali specifikament għal Għawdex u fost tant proposti oħra għamilna proposti ta' zviluppi ta' niċeċ ta' turiżmu differenti. (Ara
HAWN). Semmjna fost l-ohrajn il-ħtieġa li jiġi żviluppat dak li jissejjaħ Turiżmu Reliġjuż. Jidher li anke hawnhekk infthemna ħażin ghax dan il-povru kurcifiss spiċċa twaħħal ftit ġimgħat ilu f'din il-miżbla Ta' Lambert, propju qrib il-bore hole tal-gvern. Tgħid dan ukoll parti mill-eku t'Ghawdex?
Kif qal sieħbi
John Mizzi li għoġbu jieħu dawn ir-ritratti, "xi ħaġa tal-mistħija. Dan il-post irridu niehdu ħsiebu, irid jitnaddaf u meta jsir dan, irid isir taħt l-ispezzjonijiet ta' nies esperti biex ma jkomplux jintilfu strutturi storiċi".
U tiġux tgħiduli li kieku jien parti mill-
kunsill lokali tax-Xewkija ħa noqgħod bi kwieti tafux!
Possibli li minn ħames kunsilliera (nazzjonalisti u laburisti) ħadd ma jagħmel plejtu? Kif ma semmietx dan id-diżastru meta is-sindkuwa attendiet il-famuża 'konsultazzjoni' dwar
l-eku t'Għawdex fil-Wied tal-Lunzjata? Jien kont hemm u smajt sew x'intqal.
Tridni nibla' dak li jgħidu, jiġifieri "Ma nafux min?" u ejja come on!
Jew din hija kwistjoni li min jaghmel li jrid iwerwer bil-vot lil dawn in-nies li ivvutajtielhom sabiex suppost iħarsu l-lokal tagħhom?
Illallu kieku jien x'nagħmel!
U mhux għalhekk min hu ala bieb il-hanzira jigi jitmejjel mit-turisti? żibel....armihom..aħraqhom. F'kelma oħra....keċċihom.
U allura skużawni tafx, imma kif nista' ma nikritikax lil dik li tissejjah Assoċċjazzjoni tat-Turiżmu t'Għawdex (il-GTA)? Dawk tal-GTA li dritt wara kull budget joħorġu fuq in-NET tv igħidu proset proset proset.
Nemmen li hemm wieħed jew tnejn ġenwini fil-GTA, imma bħal kull organizzazzjoni f'Għawdex li tiġi kkontrollata fis-sistema tal-medju evu jew forsi aktar reċenti...sistema ta' politika fewdali; dawn il-ftit ikollhom jgħalqu ħalqhom.
Mhux jien imma.