Sunday, 6 June 2010

It-taħdejt tat-tfol iż-żgħor


Fettillej inniżżil liste ta' klem li kieniw jgħejdulew mite' ken għandnej tfol. Ħafne minn don il-klem għadu jintuża. oħrajn intilfiw maż-żmen. Ma' kull kilme qed nagħmil it-tifsire tagħha:

ċejċe = ħelwa jew xi ħaġa tajba
pappa = ħobż
nejne = biċċa laħam
immurrow barbar = immorru dawra/ħarġa
paqqa = karozza
bumbow = ilma
tuttow = żiemel
beqqe = nagħġa
meqqej = mogħża
tietiw = kelb
pijpej = għasfur
ċiċċej = tpoġġi bil-qiegħda
ġuġow = ġobon
pejxe = qattusa
zijziw = serduq
muċċow = fenek
żaqquqa = żaqq
babaw = xi saħħar (ġej għalik il-babaw)
bumma = meta tkun ser taqa' (tagħmel bumma)
xejxej = dawl jew nar
baħħ = meta xi tisparixxi jew titlaq
ċuffa = iċċafċaf fl-ilma jew meta immorru l-baħar (immorru ċuffa)
ninnej = orqod
kukka jew kukkuwa = bajda (egg)
bibbe = libsa
mimmej = meta tweġġa
tata' = bye bye
vuvow = tarbija
qeqqe = xeba'/daqqa (naghtik qeqqe)
zinzin = banda/daqq
qabbi = ghammilli qabbi (give me a hug)


Jekk taf aktar tista' tibghathomli jekk jgħoġbok!