Fettillej inniżżil liste ta' klem li kieniw jgħejdulew mite' ken għandnej tfol. Ħafne minn don il-klem għadu jintuża. oħrajn intilfiw maż-żmen. Ma' kull kilme qed nagħmil it-tifsire
ċejċe = ħelwa jew xi ħaġa tajba
pappa = ħobż
nejne = biċċa laħam
immurrow barbar = immorru dawra/ħarġa
paqqa = karozza
bumbow = ilma
tuttow = żiemel
beqqe = nagħġa
meqqej = mogħża
tietiw = kelb
pijpej = għasfur
ċiċċej = tpoġġi bil-qiegħda
ġuġow = ġobon
pejxe = qattusa
zijziw = serduq
muċċow = fenek
żaqquqa = żaqq
babaw = xi saħħar (ġej għalik il-babaw)
bumma = meta tkun ser taqa' (
xejxej = dawl jew nar
baħħ = meta xi tisparixxi jew titlaq
ċuffa = iċċafċaf fl-ilma jew meta immorru l-baħar (immorru ċuffa)
ninnej = orqod
kukka jew kukkuwa = bajda (egg)
bibbe = libsa
mimmej = meta tweġġa
tata' = bye bye
vuvow = tarbija
qeqqe = xeba'/daqqa (naghtik qeqqe)
zinzin = banda/daqq
qabbi = ghammilli qabbi (give me a hug)
Jekk taf aktar tista' tibghathomli jekk jgħoġbok!
15 comments:
PROSIT TAL-BABY LANGUAGE
interessanti hafna specjalment tal- laqmijiet
Proset hafna tal blog li ghandek. Qedin waqt il lesson ma' Brigitte galea,Local Council B'Kara
proset tal hafna mod specjali tal baby talk in maltese waqt lezjoni ma mrs Brigitt Galea kunsil lokali Bkara
Grazzi tal-kummenti hbieb Karkarizi.
Ċert li qed titgħallmu ħafna ma' Ms Galea b'dan il-mod prattiku.
Jekk tafu iktar kliem bhal dan bit-tifsira mieghu iktbuhomli. Tiddejqux.
Tislijiet mill-gżira ż-żgħira.
proset viktor
proset hafna tal blog li ghandek ftakart hafna fl-imghodi
proset hafna fakartni f mghoddi tieghi
Blogg vera interesanti
Jien rahli minn B'Kara,id-dialett
jaffaxinani.
prosit.
Jien rahli minn B'Kara,id-dialett
jaffaxinani.
prosit.
Proset hafna tal-kontenut interessanti.
Lezzjoni tat -computer ma mrs BRIGGET GALEA.
ogbun il kliem proset
prosit tal blog fakkaftni meta kont izghar kont nisma dal kliem min ghand in nanna lesson ma Brigitte galea
prosit tal blog jekk tkun trid iktar
bl laqmijiet nghidlek.
nattendi l lezjoni ma briggte galea
Post a Comment