Hekk kif jaslu, Zeppi jistaqsihom: "Biex triduh il-kafe'? bil-halib tal-bodbod jew tal-muntun?"
U ghal mistoqsija bhal din ikollna diversi twegibiet:
"Xorta wahda ghalija"
"Nippreferi nduqhom it-tnejn jekk ma jimpurtax"
"Tal-bodbod OK."
"Ha nipprova tal-muntun. Mhux xorta?"
Imma jkun hemm min jinduna li r-rahhala taghna jghadduha fin-nejk.
Mill-bidu jindunaw li ser jghaddu gurnata relax.
Tiskanta imma fl-istess hin ma tistaghgibx.
Huma hafna dawk li jigu Ghawdex biex iwettqu wahda mill-esperjenzi li toffri l-Fondazzjon li hloqt jien:
Il-Fondazzjoni Ager. Hawn numru ta' nies li tassew jinteressahom l-agro-turizmu. Wahda mill-esperjenzi l-aktar popolari hi meta jaghzlu li
jqattghu gurnata ma' rahhal: Maltin, Turisti u studenti.
Jibdew il-programm billi jehdu naqra kafe tajba maghmula mic-cikwejra, hlewwa, qxur tal-laring, tacci tal-qronfol u hwawar ohra. Ikun hawn fejn ir-rahhala li jahdmu mieghi (fosthom Zeppi) jistaqsuhom x'tip ta' halib frisk iridu ma' dan il-kafe li r-rieha tieghu taqsamlek qalbek hekk kif tidhol fid-dar tar-razzett.
Ir-rahhala taghna jahilbu dak il-hin stess ftit halib tan-naghga jew tal-moghza. Ikun ghadu shun u ghidli int x'naqra kafe qed tixrob. Mal-kafe ma jonqsux ftit qriemec maghmulin id-dar stess.
Jibdew ix-xoghol fir-razzett u wara li jitimghu lill-fniek u liz-zrameg, inaddfu l-imxatar halli jitimghu wkoll lin-naghag u lill-moghoz. Marbut ghalih ikollna l-muntun u kulhadd jistaqsi 'l ghaliex. Izda bhalissa l-bodbod (jew il-wott) ikun mitluq mall-moghoz halli jkun jista' jghammar. Ma ghandniex hafna wtut. Wott wiehed bizzejjed ma' merhla moghoz. Kulhadd xortih fid-dinja ighidu. Bhalissa ghandna l-gidien. Il-hrief baqghalhom ftit. Ghandna l-abura u anke l-ghenieqa.
Sakemm il-merhla qed tiekol, inaddfu il-bitha mdaqqsa
mid-demel. Jitghallmu kif id-demel jiffermenta u dwar l-uzu tieghu ghall-ucuh tar-raba'.
"X'inhi d-differenza bejn bajda-bajda u bajda-kannella?" Ftit huma dawk li jafu!
U wara li jingabar il-bajd immorru biex nahilbu.
Hawnhekk jibda l-ghors.
Imhatra min jahleb l-ahjar jekk hux l-irgiel inkella n-nisa. Hafna jahsbu li l-irgiel. Mhux dejjem il-kaz. Xi drabi it-tfal ahjar mill-kbar!
Anke dawk li ghall-ewwel ighidu "jaqq", x'hin jigu biex imissu l-bezzul donnhom jithajjru ghax ighidulek li din esperjenza ta' darba.
Wara li jingabar il-halib kollu, immorru insaffuh. Bil-qtar
tat-tames, inhallu l-halib isir baqta. Anke din tat-tames, qed insibu li huma ftit wisq dawk li jafu kif isir it-tames mill-istonku tal-haruf ta' xi 10 jew 15-il jum.
Kollu taghlim dan, kemm ghat-tfal u anke ghal kbar. Jiehdu gost il-familji kollha li jigu. Anke dawk il-genituri li jigu bl-intenzjoni li ser jiehdu gost it-tfal taghhom - fl-ahhar jispiccaw jitghallmu u jiehdu gost huma wkoll.
Sakemm jghaqad il-halib ikun beda jirrumba. Forsi ma tafx xi tfisser jirrumba. Ma ntikx tort li ma tafx il-brejku, izda tinsiex li jien mill-Gharb u naf xi kelma 'l hawn u 'l hemm. Ikun sar hin l-ikel. Il-Fondazzjoni Ager hija membru tal-
Moviment Slow Food. Ghalhekk it-tip ta' tisjir huwa tisjir li jsir bil-mod - fil-forn.
U l-esperjenza ma tieqafx hawn.
Issa li l-halib sar baqta, irridu naghmluh gbejniet. U allura b'idejn nodfa, irridu naqbdu l-qaleb u naghmlu l-gbejna. F'dixx s'intendi halli johrog ix-xorrox.
U mbaghad irridu ngizzu xi naghga bil-gelem. Is-suf tan-naghag ikun hemm min jigbru halli jnaddfu u jibqa' tifkira.
Mhux biss familji jaghzlu li jqattu jum b'differenza f'Ghawdex permezz ta' l-
agro turizmu, izda anke ghalliema bil-klassijiet taghhom. Gieli gew studenti Universitarji tal-Home Economics u anke mid-dipartiment tal-Malti peress li waqt esperenza bhal din ikollhom ic-cans jitghallmu kliem Malti safi li illum tista' tghid li ftit li xejn ghadu jintuza. U x'hemm isbah milli titghallem il-lingwa minn fomm dak li jkun?
Illum, perezempju, gew studenti mill-iskola ta' Stella Maris (Gzira). Hadt gost li l-Kap ta' l-iskola giet ukoll flimkien ma' l-ghalliema tal-klassi. Kienu ppreparati sa snienhom. L-ghalliema anke ipproduciet
workbook. Il-Kap ta' l-iskola kienet tassew intiza fis-suggett. Kienet tidher mara li ghandha passat qrib in-natura. Wriet interess liema bhalu. Skoprejt li hija Ghawdxija. Omm J'accuse -
Jacques Rene' Zammit. Ghandha tibghatlu ritratt ghal fuq il-blog tieghu. Omm J'accuse kienet taf ezatt li la l-bodbod u lanqas il-muntun ma jahilbu.