Hawn min jahseb li hemm bzonn nibnu xi rzizet (farmhouses) u postijiet ta' akkomodazzjoni iehor sabiex nibdew l-agro-turizmu f'Ghawdex.
Fl-opinjoni tieghi, min jahseb b'dan il-mod huwa zbaljat.
Nemmen li l-infrastruttura diga tezisti.
Fortunatament ghad fadal ftit bdiewa u rahhala gewwa l-irhula Ghawdxin u ma ninsewx li 48% tal-propjetajiet f'Ghawdex huma vojta. Allura hemm bzonn nibnu aktar? Ma jaghmilx sens. Li nirrangaw dawn il-postijiet qodma u nikkonvertuhom f'postijiet ta' akkomodazzjoni naqbel.
Akjar ma jghaddi z-zmien, l-istatistika turi li t-turist sar aktar jivjagga b'mod indipendenti. U dawn it-tip ta' 'independent travellers' ma jfittxux il-lukandi u l-flettijiet qishom gebubi fuq xulxin. Ifittxu dawk li tipiku Ghawdxi. U dan hu li nipprovaw noffru permezz tal-Fondazzjoni Ager.
Li hemm bzonn hu appogg lil organizzazjonijiet bhal din li mmexxi jien - li l-interess principali huwa li jinbnew niccec differenti ta' turizmu ghal matul is-sena kollha minghajr spekulazzjoni ta' aktar art.
Anke l-inkoraggiment mill-Awtoritajiet huwa mportanti. Jien per ezempju jiddispjacini li organizzazzjonijiet Ewropej jaghmlu kuntatt mieghi u jistednuni sabiex naghti tahrig f'pajjizhom dwar turizmu responsabbli. Mill-banda l-ohra.....hawn Malta hadd minn ebda Awtorita jew Ministeru (almenu s'issa) qatt ma indenja ruhu jindaga kif qed noholqu xoghol innovattiv f'dan is-settur!
Sa minn mindu waqqaft il-Fondazzjoni Ager xi sentejn ilu, investejt hafna mill-hin liberu tieghi nharreg u nhajjar familji Ghawdxin jidhlu ghal bicca xoghol bhal din. Mhux facli imma bdejna. U bdejna sew.
1 comment:
Well done Victor. I always knew you were energetic and creative (but not this much). Awguri.
Joe Sultana
Post a Comment