Le, mhux ghall-immigranti rregolari qed nghid....imma kwazi. Wahda minnhom is-Sewda nghidulha fil-fatt.
Kellu jaghtiha sorpriza ghal
birthday. Xtara l-biljetti biex hu u l-mara tieghu Alice jiehdu lil Joan Debattista gurnata Sqallija bl-ajrupjan. Joan donna kienet qed tistenna xi tip ta' sorpriza kif jaf jaghmel Grezzju ghal
b'day taghha. Meta wasal il-Gimgha 25 ta' April f'xi l-5 ta' fil-ghodu cempel lil Joan u qallha biex tipprepara l-passaport. Dik hekk ghamlet. Miskina.
Grezzju saq bil-lajma lejn l-ajruport. Mar jizzattat quddiem biex min ghalih jaghmel ic-
check-in u jirkeb l-ajruplan.
"L-ajruplan diga qabbad il-magni u
c-check-in ilu maghluq. Sorry."
"Mela mhux fis-7.00am jitlaq?"
"Le. Fis-7.00am jasal Catania."
Tistghu timmaginaw wicc il-mara ta' Grezzju kif sar!
Joan tipprova tikkalma is-sitwazzjoni.
Grezzju bla kliem....soltu wara li jfattar xi haga.
F'xi l-11.00 nirceivi telefonata m'ghand Joan. Qaltli li qieghda tiehu kafe' ghand Bellusa.
"Bellusa ir-Rabat voldieri?"
"Iwa qieghda Ghawdex"
Gidtilha: "Orrajt, stennieni nitfa ha nghid lil Miriam nigu niehdu drink hemmhekk." U morna.
X'hin naslu naraw lil Joan flimkien ma' Grezzju u martu Alice. Alice kien qisha l-
Alice in wonderland. Grezzju wicc l-askri (bejnietna, dak ghandu hafna tipi ta' wcuh) u Joan tikxef snienha.
Mank ilhaqna poggejna bil-qieghda li ma qalulniex bil-frattarija ta' Sqallija. Alice kellha ghajnejha miksurin. Thassartha. L-iehor le imma. Beda jipprova jikxef snienu biex ghat-taparsi ma gara xejn ta' barra minn hawn. U mur!
Qalu li marru
shopping u ser jerghu jmorru
shopping u fthemna li niltaqghu aktar tard. dawn l-Imlaten ukoll!
Hekk ghamilna.
Iltqajna ghand wiehed mir-rahhala li jahdmu mieghi fl-agri-turizmu.
Joan ghoxiet.
Thobb hafna l-baqar. Gibtilha l-ghogol. Tghidx kemm ferhet bih.
Grezzju iddeffes u tista' tarah fir-ritratt jipprova juri li ma jibzax mill-ghogol. Hemm arah jippoppa sormu.
Riedet tkun taf liema hu l-muntun. Ovvjament riedet tkun taf liema hu l-wott wkoll peress li fuq ix-xoghol ghandhom wott iehor imma b'zewgt saqajn.
Hawnhekk Joan u Grezzju mall-muntun. Araw naqra dak il-
bully fuq wara.
Anke it-tigieg riedet tmiss. Refghet tigiega hamra u mbaghad refghet tigiega bajda.
U s'intendi riedet tigbor il-bajd.
Iddawar idha 'l hawn u ddawwar idha 'l hemm, gabret battejn.
Mur ghidilha li l-bajda tat-tigiega l-hamra kellha tispicca fuq rasha.
Viva l-birthday!
U wara morna nieklu
Turkish fir-restaurant gdid li fetah fir-Rabat.
Intant it-tfal ta' Joan ma jafu b'xejn. Minghalihom qieghdin Sqallija!
Maria Helga-Zammit tibghat l-SMSes biex tara kif il-kunjata sejra ma' l-Isqallin. Ippruvajt naghtiha hjiel. Ghidt lil Joan tiktbilha SMS hekk:
'Bhalissa qieghdin Birbuba - villagg semitiku in-naha tal-punet'
Imma Helga Zammit ghandha xorti taf li l-Gharb qieghed fil-punent t'Ghawdex ahseb-u-ara fejn hi Birbuba jew San Dimitri.
Hawn qieghdin nieklu ghand tal-Lajku. Mill-lemin ghax-xellug jew mix-xellug ghal lemin: Grezzju ta' wiccu u **** xorta wahda, Joan is-Sewda, Jien u Miriam u Alice in Wonderland.
[Dan ir-rakkont inkiteb bil-kunsens tal-protagonisti ewlenin ta' l-istorja]