Wednesday, 30 April 2008

Minn Sqallija spiccaw Ghawdex

Le, mhux ghall-immigranti rregolari qed nghid....imma kwazi. Wahda minnhom is-Sewda nghidulha fil-fatt.

Kellu jaghtiha sorpriza ghal birthday. Xtara l-biljetti biex hu u l-mara tieghu Alice jiehdu lil Joan Debattista gurnata Sqallija bl-ajrupjan. Joan donna kienet qed tistenna xi tip ta' sorpriza kif jaf jaghmel Grezzju ghal b'day taghha. Meta wasal il-Gimgha 25 ta' April f'xi l-5 ta' fil-ghodu cempel lil Joan u qallha biex tipprepara l-passaport. Dik hekk ghamlet. Miskina.

Grezzju saq bil-lajma lejn l-ajruport. Mar jizzattat quddiem biex min ghalih jaghmel ic-check-in u jirkeb l-ajruplan.

"L-ajruplan diga qabbad il-magni u c-check-in ilu maghluq. Sorry."

"Mela mhux fis-7.00am jitlaq?"

"Le. Fis-7.00am jasal Catania."

Tistghu timmaginaw wicc il-mara ta' Grezzju kif sar!
Joan tipprova tikkalma is-sitwazzjoni.
Grezzju bla kliem....soltu wara li jfattar xi haga.

F'xi l-11.00 nirceivi telefonata m'ghand Joan. Qaltli li qieghda tiehu kafe' ghand Bellusa.

"Bellusa ir-Rabat voldieri?"

"Iwa qieghda Ghawdex"

Gidtilha: "Orrajt, stennieni nitfa ha nghid lil Miriam nigu niehdu drink hemmhekk." U morna.

X'hin naslu naraw lil Joan flimkien ma' Grezzju u martu Alice. Alice kien qisha l-Alice in wonderland. Grezzju wicc l-askri (bejnietna, dak ghandu hafna tipi ta' wcuh) u Joan tikxef snienha.

Mank ilhaqna poggejna bil-qieghda li ma qalulniex bil-frattarija ta' Sqallija. Alice kellha ghajnejha miksurin. Thassartha. L-iehor le imma. Beda jipprova jikxef snienu biex ghat-taparsi ma gara xejn ta' barra minn hawn. U mur!

Qalu li marru shopping u ser jerghu jmorru shopping u fthemna li niltaqghu aktar tard. dawn l-Imlaten ukoll!

Hekk ghamilna.

Iltqajna ghand wiehed mir-rahhala li jahdmu mieghi fl-agri-turizmu.
Joan ghoxiet.

Thobb hafna l-baqar. Gibtilha l-ghogol. Tghidx kemm ferhet bih.

Grezzju iddeffes u tista' tarah fir-ritratt jipprova juri li ma jibzax mill-ghogol. Hemm arah jippoppa sormu.

Riedet tkun taf liema hu l-muntun. Ovvjament riedet tkun taf liema hu l-wott wkoll peress li fuq ix-xoghol ghandhom wott iehor imma b'zewgt saqajn.

Hawnhekk Joan u Grezzju mall-muntun. Araw naqra dak il-bully fuq wara.

Anke it-tigieg riedet tmiss. Refghet tigiega hamra u mbaghad refghet tigiega bajda.



U s'intendi riedet tigbor il-bajd.

Iddawar idha 'l hawn u ddawwar idha 'l hemm, gabret battejn.


Mur ghidilha li l-bajda tat-tigiega l-hamra kellha tispicca fuq rasha.

Viva l-birthday!





U wara morna nieklu Turkish fir-restaurant gdid li fetah fir-Rabat.

Intant it-tfal ta' Joan ma jafu b'xejn. Minghalihom qieghdin Sqallija!

Maria Helga-Zammit tibghat l-SMSes biex tara kif il-kunjata sejra ma' l-Isqallin. Ippruvajt naghtiha hjiel. Ghidt lil Joan tiktbilha SMS hekk:

'Bhalissa qieghdin Birbuba - villagg semitiku in-naha tal-punet'

Imma Helga Zammit ghandha xorti taf li l-Gharb qieghed fil-punent t'Ghawdex ahseb-u-ara fejn hi Birbuba jew San Dimitri.

Hawn qieghdin nieklu ghand tal-Lajku. Mill-lemin ghax-xellug jew mix-xellug ghal lemin: Grezzju ta' wiccu u **** xorta wahda, Joan is-Sewda, Jien u Miriam u Alice in Wonderland.
[Dan ir-rakkont inkiteb bil-kunsens tal-protagonisti ewlenin ta' l-istorja]

5 comments:

Anonymous said...

Ghogbitni Alice in Wonderland
Grezz hi ibda ffoka aktar u toqghodx tecita ruhek izzejjed!

joan said...

AW hi Vic. Gurnata tal-Genn kelli. Kiekumort Sqallija ma kontx niehu pjacir daqshekk zgur!! Miskin Grezzju kif inkiser! Alice tieklu riedet hahaha Insomma int salvajt il gurnata sorprizi fuq sorprisi:) Thank you all for a lovely birthday.One I shall never ever forget X

Anonymous said...

Thank you AGER for being a SALVA UOMO on Joan's birthday - a sweet event to relate on Monday morning at our office! :-)

Anonymous said...

Minn wiccha Joan tidher kemm kienet qed tiehu pjacir. Nahseb mhux Sqallija insiet!!!!!
Heqq in-natura m'hawn xejn isbah minnha.
Dan li ghandna nieqes minn hajjitna illum - hlief b'affarijiet materjali ma nafux niehdu gost u nsejna kemm hi sabiha is-semplicita fil-hajja. Affarijiet zghar imma li jfissru hafna.

Anonymous said...

Eh, sewwa jghid il-Malti li ta' bla hsieb jirnexxi.
U Alice ruhi, Sqallija ghad tilhaq tmur, u ha nghidlek opportunita ma dawn ta' l-AGER mhux ta' min jitlifha ta!