Wara li nkixif li r-Reġistriw Pubblikiw u r-Reġistriw ta' l-Artijet se jkuniw 'rilokati temporanjament ' fil-lukanda Downtown Ltd. il-Ministriw għall-Għawdix ħerġit stqarrije bex tiċċura xi affarijet. Araw ftejt:
"Dan ser isir wara li l-Ministeru għal Għawdex ħareġ sejħa għal turija ta’ interess fil-gazzetti lokali kollha. F’din is-sejħa tniżżlu l-ħtiġijiet bażiċi li kien hemm bżonn għal dan il-għan. Il-fatti huma illi li l-offerta ta’ Downtown Ltd kienet t-tieni l-orħos mill-offerti kollha li kienu sottomessi, u peress li min kien tefa’ l-orħos offerta reġa’ bdielu u sussegwentement irtira din l-offerta, l-għażla ovvjament waqgħet fuq it-tieni l-orħos offerta, jiġifieri dik ta’ Downtown Ltd. Wara li l-Ministeru għal Għawdex kiseb l-approvazzjoni meħtieġa mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-offerta ngħatat lil Downtown Ltd. Għalhekk ma huma bl-ebda mod korretti l-insinwazzjonijiet li saru, aktar u aktar meta intqal li wieħed mis-sidien tad-Downtown, Joseph Portelli “hu magħruf għal ħbiberija ma’ Giovanna Debono”.
Naħsib li għadim ma tgħallmiwx kejf juħurġow it-tendirs in-Nazzjunalistej wara tont zmen fil-gvern! U ħelline!
U kejf ussa ndunaw tal-Ministiriw li l-ispuzjow eżistentej hiw limitot? Bonġow Ministriw. Don partuj mill-eku ta' Ghawdix jew?
Viva l-ħbieb tal-ħbieb :)