Wasalt fic-Centru ta' l-Universita' (Ghawdex) fit-triq li taghti mix-Xewkija ghall-Imgarr f'xi l-11:05.
F'dan il-post hemm kamra mdaqqsa li fiha kultant jiltaqa' l-Bord ta' l-Apelli tal-MEPA. Ghal min ghadu ma jafx, M.E.P.A. tfisser Malta Environment and Planning Authority. U Ghal min forsi ghadu ma jafx, tajjeb li lkoll inkunu nafu li din l-Awtorita' m'ghadhiex taqa' taht il-Ministru George Pullicino, izda 'ghall-grazzja t'Alla' taht wiehed aqwa minn Ministru. Il-MEPA issa taqa' propju taht il-Prim!
U tghidx kemm kien hawn nies qabel l-elezzjoni generali xejru bnadar u ferhu ghax hasbu li ladarba l-MEPA ser taqa' taht il-Prim, l-affarijiet issa ser jimxu aktar bil-galbu! Sahansitra anke ghaqda ambjentali qalet li thossha gratified li l-Prime Minister highlighted the importance of sustainable development u il-htiega tal-MEPA reform in his recent diskors tal-Parliament.Wow!
Ha nkompli nghidilkom dwar il-kappella tal-Kangaroo....
Allura ghandkom tkunu tafu li c-Centru ta' l-Universita f'Ghawdex zmien ilu kien sptar ghal persuni b'mard mentali u s'intendi bhal kull istituzzjoni fil-pajjiz sagru u kottoliku taghna; kont issib il-kappella.
Meta mbaghad minn sptar sar ic-centru ta' l-Universita', din il-kappella inbidlet f'lecture room.
U meta l-Board ta' l-Appelli tal-MEPA jkollu bzonn jisma' l-appelli f'Ghawdex, din il-kappella taqbez qabza ohra u tinbidel f'kawzi-awla gudizzjarja.
Fhimt 'l ghaliex il-kappella tal-Kangaroo issa?
Mhux biss. Isma' x'gara illum perezempju....
Kif ghidt, wasalt f'xi 11:05. Kien hemm xi nies fuq barra b'xi kartelluni biex jipprotestaw mall-MEPA talli ghadha ghaddejja bil-kwistjoni ta' l-izvilupp fir-Ramla l-Hamra. (ara r-ritratt).
Hafna ppreferew joqghodu barra biex jidhru fuq is-Super One. Halli ghalihom tas-Super One f'okkazjoni bhal din! Nahseb indumu xahar nisimghu l-istess fin-news tas-7.30. Jew forsi il-kumitat ta' l-etika il-gdid tal-lejber jaghtihom parir biex dawn l-istrategiji jbiddluhom?
Jien dhalt fil-kwazi-awla peress li kien hemm l-aircondition u sabiex nilhaq post bil-qieghda quddiemnett halli nisma', nara u nifli sew.
U mnalla ghax kull ma kien hemm tuzzana siggijiet! Gbidt wiehed u poggejt fuqu. Ftit wara bdew dehlin hafna nies u spiccaw bil-wieqfa. X'hin Spietri bejli (ic-chairman tal-board tal-Appell u dak li hareg ghall-elezzjonijiet man-Nazzjonalisti u li gie appuntat Chairman mill-President tar-Repubblika fuq parir tal-Ministru tal-Gustizzja) beda jghajjat u jkecci lil kull min kien bil-wieqfa. Dun Manwel ghamel sewwa. Dak sab mejda f'kantuniera u pogga bil-qieghda hemm.
Imma tant il-kwazi-awla bdiet timtela bin-nies li l-aircondition ma baqax jaghmel effett. In-nies bdew irewhu. Jien kelli nqum minn bil-qieghda bis-shana. Wiehed minn tal-Board ipprova jiftah tieqa. Ic-chairman tal-Board kien jidher li kellu tensjoni fuqu ddoqq u beda jghajjat ma' siehbu: "Hallikom mit-twieqi, hallikom mit-twieqi"
L-Appell tar-Ramla l-Hamra beda jinstema f'xi 13:00.
Allura mill-11:05 sas-13:00 kelli x-xorti noqghod nisma' bid-decizjonijiet ta' l-appelli minn dan il-famuz board. U kien hemm appelli tafux! U daqshekk iehor kien hemm periti u avukati. Heqq kulhadd irid jiekol hux.Miskin ic-cittadin!
Hin minnhom it-tifel ta' wiehed mill-izviluppaturi tar-Ramla mar biex jigbed ritratt. Jien gejt nidher gharqan xraba u fl-istess hin bi tbissima. Izda ma kienx mument li c-Chairman induna bil-flexx ghax sbroffa u beda jghid:
"Dan il-post (cioe l-ex kappella) huwa kazi-awla. Ma rridx ritratti." Victor (ghax kemm ukoll kien jismhu l-'fotografu' qallu li ser ihassar ir-ritratt.
"U ma rridx nies bix-shorts"
U povru Martinu li kien bilqieghda hdejja kien wiehed minn dawk il-povri cittadini li gew mieghi biex nuru d-dizapprovazzjoni taghna ghall-izvilupp tal-villel taht Ghar Calypso fir-Ramla; kellu jitlaq 'l barra.
Jien le imma :)
U allura kien hemm ukoll periti li kienu lebsin ix-shorts. Dawn kellhom imorru id-dar, jilbsu qalziet twil u jerghu jigu lura.
Messhom ghamlu tabella fil-bieb tad-dhul ta' din il-'kwazi-awla'.....kieku jien kont nikteb hekk:
u allura ma tistax tidhol b'qalziet ta' taht jew bix-shorts.
Smajt kemm-il appell imma ma smajtx decizjoni wahda mgiddma. Stajt ninnota l-espressjonijiet ta' stmerrija fuq ucuh ic-cittadini. Bdejt ukoll nara espressjonijiet differenti fuq ucuh xi periti u avukati. Daz-zgur.
Povru cittadin!
L-appelli kollha diferiti ghad-29 ta' Novembru 2008 (dak iz-zmien ma nahsibx li jigu lebsin ix-shorts).
Biex tghaxxaqha, hin minnhom issa bdew dehlin il-gurnalisti. "Ma rridx ritratti! Ahna hawn qed naghmlu xogholna" rega' ghajjat ic-Chairman tal-Bord ta' l-Appelli tal-MEPA.
"Anke ahna qed naghmlu xogholna" qallu Mark Micallef tat-Times u kien hemm gurnalist iehor urieh il-Press Card (bhal dik ta' Jerrfrey Pullicino Orlando, tiftakar?).
Kif dahlet il-gurnalista ta' l-Independent, mar fuqha l-pulizija ta' l-ghassa u stahbiha wara kolonna. Ma nafx 'l ghaliex. Ma tghidx kienet liebsa ndecenti fil-kappella tal-kangaroo!
F'xi s-13:00 resqu l-avukat Charlie Galea f'isem l-izviluppaturi tal-villel tar-Ramla u l-Perita ta' Dimech u fuq in-naha l-ohra dawk li kienu ghamlu l-oggezzjoni.
Waqa skiet perfett, waqt li corma Nglizi (li jghixu Ghawdex) resqu 'l quddiem bhallikieku ser jifmhu xi haga minn dak it-tgedwid bil-Malti.
Membru tal-board staqsa 'l ghaliex fil-file ma hemmx record li l-appell thallas mill-applikanti.
L-avukat Galea sostna li l-izviluppaturi baghatu l-fee.
Il-membru tal-board beda jispjega li apparti li fil-file tieghu ma hemmx dan ir-record, is-somma tal-fee ma kenitx kompatibbli mal-legal notice li kienet harget dan l-ahhar.
"Allura ghidulna kemm ghadna nhallsu u nhallsu" qal l-avukat f'isem l-izviluppaturi.
U ara daqsxejn kemm ic-Chairman ghandu qalb hanina....
Beda jiddetta hekk waqt li l-iskrivana tal-Board bdiet tittajpja fuq il-laptop....
"Fi zmien 10 t'jiem l-appellant irid jirranga l-affarijiet (cioe' l-hlas dovut)....u d-decizjoni finali diferita ghad-29 ta' Novembru."
Bye bye....
Li kieku kont jien jew int flok l-izviluppaturi, tghid il-MEPA kienet timxi maghna b'qalb daqshekk hanina jew kienet tuza l-burokrazija taghha u tghidilna li
'ladarba ma gewx osservati il-ligijiet tar-Repubblika ta' Malta, allura dan l-appell jigi null u michud'?
...u allura tghid ghandha ragun il-Ministru ghal Ghawdex dalghodu waqt il-launch ta' l-eku-Ghawdex tghid: li mhux etika li l-Ministeru jiehu xi pozizzjoni kontra jew favur xi progett ghax "dak xoghol l-awtoritajiet kompetenti".
X'tahseb eh?