Tuesday, 10 June 2008
Kif ghandek titnejjek bin-nies step by step
Mela:
Step 1
Ibghat circulari fid-djar tan-nies (votanti) tal-lokalita' tieghek b'dan it-titlu:
'Skema ghall-Promozzjoni ta' Energija Minn Sorsi Alternattivi (RES) Ghall-Lokalita' _______ .'
Step 2
Ghidilhom li l-kunsill lokali tieghek qieghed jahdem fuq programm tal-Unjoni Ewropeja dwar il-promozzjoni ta' energija minn sorsi alternattivi.
Step 3
Iktbilhom li se tkunu qed tahdmu biex jingabu fondi mill-Unjoni Ewropeja u "tkunu intom ir-residenti li tibbenefikaw minn dawn il-fondi."
Step 4
Iktbilhom u dahhalielhom f'rashom li l-iskema se tkun miftuha ghal dawn iz-zewg sistemi:-
SOLAR WATER HEATING UNITS
u
PHOTO VOLTAIC (PV) UNITS.
Step 5
Ipprova fhemhom fil-qosor dwar is-Solar water Heaters billi tghidilhom li solar water heater jista' jkun mod effettiv sabiex isahhan l-ilma fid-dar taghhom bis-shana tax-xemx. Ghidilhom li solar water heater hu maghmul minn tank ta' l-ilma mahdum apposta u mqabbad ma' panella li tixrob is-shana tax-xemx. It-tank ta' l-ilma jigi mgezwer b'materjal biex inaqaas it-telf ta' shana li tingabar mill-panella. L-ilma li jissahhan mill-panella jingabar f'dan it-tank ta' l-ilma u minn hemm ikun jista' jintuza ghall-bzonnijiet tad-dar. Kompli spjegalhom li minhabba n-nuqqas ta' xemx fiz-zmien tax-xitwa, is-solar water heater jigi nstallat b'apparat ta' l-elettriku biex jissahhan l-ilma f'kaz li t-temperatura ta' l-ilma ma tkunx daqs kemm mixtieqa.
Step 6
Biex zgur il-votanti tieghek jifmhu x'qed tipprova tghidilhom iktbilhom li jekk ghandhom water heater ta' l-elettriku li jesa' tmenin litru ilma, l-ispiza ta' sena ta' l-elettriku tiswa madwar Euro153.74 jekk higi mixghul ghal saghtejn kuljum.
Step 7
Izda iktbilhom ukoll li jekk jigi nstallat solar water heater u jekk tiehu li x-xemx issahhan fuq perijodu ta' tmien xhur, l-ispiza tonqos ghal madwar Euro51.25. Qis li tiktbilhom li is-surcharge tigi kkunsidrata b'50%.
Step8
Tinsiex tiktbilhom ukoll dwar il-photovoltaic Cells (PV Cells). Tibzax. Ghidilhom li l-photovoltaic cells huma panelli specjali li jigu nstallati fuq il-bjut sabiex ibiddlu d-dawl tax-xemx f'elettriku. Ghidilhom li l-elettriku mbaghad ikun jista' jintuza biex ihaddem apparat iehor li jahdem bl-elettriku jew l-istess elettriku ggenerat mill-panelli jista' jigi moghti lill-Korporazzjoni Enemalta. Fhemhom li l-ahhar kaz, l-Enemalta thallas lura lis-sid tal-panella ghall-ammont ta' elettriku provdut.
Step 9
Biex zgur il-votanti tieghek jifmhuk, semmilhom il-flus fil-but. Allura iktbilhom hekk: "L-ammont ta' elettriku ggenerat minn PV Cell tiddependi fuq id-daqs tal-panella. Jekk ikollok panella tal-1kEh din kapaci tiggenera madwar 1300kWh f'sena. Jekk dan l-elettriku jinghata lill-Enemalta, dan ifisser li l-Enamalta taghtik lura Euro90.85."
Step 10
Importanti li tispjega li l-pjan tal-Kunsill Lokali tieghek hu li jinghata sussidju ta' 50% fuq dawn iz-zewgt sistemi ta' energija u dan sa massimu ta' elf Ewro (1,000).
Step 11
Biex zgur tigbed is-simpatija u turihom kemm thobbhom lill-dawk li ghandhom il-vot ghidilhom li din l-iskema tkun miftuha ghar-residenti tal-lokalita tieghek BISS.
Step 12
Ma din ic-cirkulari nizzel li f'dan l-istadju il-kunsill Lokali tieghek qieghed jigbor taghrif dwar l-interess li hemm fil-lokalita' ghal dawn is-sistemi. Allura iktbilhom hekk:
"Ghalhekk, dawr il-votanti, cioe' ir-residenti interessati ghandhom jimlew il-formola t'hawn taht u jibghatuha malajr kemm jista' jkun fl-ufficcju tal-Kunsill Lokali jew icemplu fl-ufficcju tal-Kunsill" (u aghtihom it-telephone number just in case), "biex jesprimu l-interess taghhom u dan sa' mhux aktar tard ____ "(u aghtihom deadline).
Step 13
Biex tkun safe iktbilhom ukoll hekk: " Meta tkun qed turi l-interess tieghek f'din l-iskema, ma jkunx qed ifisser li inti marbut biex tinstalla xi wahda minn dawn iz-zewg sistemi."
Step 14
IMPORTANTI HAFNA : Make sure li tibghat din ic-cirkulari/ittra/applikazzjoni lill-votanti QABEL l-elezzjoni (hekk per-ezempju ghall-ahhar ta' Jannar izda zgur mhux f'Marzu!)
Step 15 (easy)
Halli l-elezzjoni tghaddi.
Step 16
Xi xahrejn WARA l-elezzjoni ibghat cirkulari fuq letterhead tal-kunsill u bil-kulur, lil dawk ic-'cwiec' kollha li emnuk u baghtulek l-informazzjoni dwarhom u li jixtiequ jiffrankaw xi sold. Tinsiex tibghat ukoll lil dawk il-povri 'ambjentalisti' li applikaw sabiex fil-lokalita' tieghek ikollkom ambjent b'sahhtu.
Step 17
Iktbilhom hekk:
"Naghmel referenza ghall-iskema ghall-promozzjoni ta' Energija minn Sorsi Alternattivi ghall-Lokalita'.........
Ngharrfek li l-Kunsill Lokali tar-rahal taghna ghadu kif gie nfurmat li l-progett propost minnu ma giex accettat u li ghalhekk mhux se jitkompla l-process ta' l-applikazzjoni." (Qis li ma tghidilhomx kif u x'fatta il-progett ma giex accettat).
Step 18
Biex ma tahraqhomx sa l-ahhar, anzi biex tkompli tittamahom, ikkonkludi hekk:
"Il-Kunsill Lokali taghna jwieghed li se jkun qieghed jahdem fuq progetti u programmi ohra ta' l-Unjoni Ewropeja, b'tama li l-lokalita' taghna tibbenefika wkoll minn dawn il-fondi."
Step19
TINSIEX:
Ikteb din ic-cirkulari (ta' wara l-elezzjoni) b'large fonts (14 jew akbar) u qis li ma tiffirmax int bhala sindku izda qabbad lis-Segretarja Ezekuttiva.
Tajba eh?
Wiehed li ghandu l-vot fuq il-kunsill lokali taz-Zebbug li miskin mela' l-applikazzjoni u baghatha lill-kunsill bit-tama li ser jiehu xi haga ghal wara l-elezzjoni ghaddieli d-dokumenti kollha li rcieva QABEL u WARA l-elezzjoni.
Jien nghidlu, 'Taqtox qelbik sihib. Xi darba jasluluk il-hamis buzuz (bulbs in English) li weghdik il-GunzujPN bex bihim tifranka mill-kunt tad-dawl.
Labels:
Eco-Island,
Election,
EU,
Ghawdex,
GonziPN,
Gozo,
Malta,
Marsalforn,
MLP,
PN,
Save Gozo,
The Green Party,
Zebbug
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
5 comments:
Tajba din. L-ewwel sab l-ilma tal-mirakli mill-kanna ta' l-ilma tal-gvern biex ghamel funtana. Qabbad lin-nies tar-ragel ta' bintu biex jeqirdu Wied l-Infern u jitfghu r-radam f'dan il-wied. Issa din! Imma veru jew? Jew haseb li flimkien kollox possibbli?
Sihib cefai, ftakar ukoll fil-farsa tal-bankina ta' fuq il-bridge ta' Marsalforn ? Dik farsa tal-MLPN flimkien, ghalhekk forsi kollox possibli. Dawn il-kummidji kollha ghad-dettriment tal-bwiet taghna l-poplu. Il-Prim Ministru u s-Segretarju Parlamentari gdid responsabbli mill-Kunsilli ricentament habbru li se jirriformaw l-Kunsill Lokali.Ha ha ha, se jibdlu l-imhuh ? Din irriforma zgur se jaghmluha MLPN flimkien kif ghamlu fil-ligi eletorali qabel l-elezjoni biex joqodu sew huma.
Tant hu hekk li issa kemm il-Kap tal-PN u kemm il-Kap ta' l-MLP...it-tnejn jidhqu. Xi pjacir.
Min irid iqabbad dawl f'M'forn jista jasal fejn l-Otters u fuq dak ir-restorant (jew snackbar?) li nitten triq u li nigges il-bahar issibu wires imdendlin kemm tridu.
Qabel l-elezzjoni jiena ircievejt fil-posta 3 zrieragh tal-ward tax-xemx biex b'hekk l-PN jghaddi l-messagg ta' Ghawdex gzira ekologika li wieghed.
Naf fejn nista npoggihom..f's....
bhal weghdiet l-ohra kollha
Post a Comment