Monday, 9 June 2008

Jien OK u int?

Niltaqa' ma' nies li jghiduli li jammirawna.

X'hin nistaqsihom 'l ghaliex il-maggor parti jghiduli: "Tal-kuragg li ghandkom li tmorru kontra l-kurrent u fejn hu tajjeb tghidu li hu tajjeb u fejn hu hazin tghidu li hu hazin ghamlu min ghamlu."

"Allahares m'hawnx intom", ighidulna. "Komplu ahdmu".

Imbaghad nhobb nistaqsi "X'hemm bzonn nahdmu/naghmlu?"

...u hawn tibda litanija ta' suggerimenti:

'Ahdmu biex iggibu fondi ghal partit'
'Messkom tigru wara n-nies u ddahhluhom membri'
'Messkom taghmlu programmi fuq ir-radju u t-TV'
'L-ufficju ghandkom bzonn izzommuh miftuh kuljum'
'Qabbdu lil xi hadd mat-telephone ikellem lin-nies'
Organizzaw dik u organizzaw hekk u ghamlu hekk u hekk.... u l-lista ma tispicca qatt!

U mbaghad nistaqsi: INT X'TISTA TAGHMEL?

u r-risposta tvarja:

"Jien m'ghandix cans"
"Jien nahdem mal-Gvern u nibza li jaghmluli vendikazzjoni"
"Jien imhabbat...ghandi bizzejjed x'naghmel"

u l-aktar wahda komuni... "ma rridx niccappas" ( u dawn l-istess nies tarahom fil-kju quddiem il-garaxijiet fejn jaqdu l-membri parlamentari tad-distrett!)

Imma ssib dawk il-ftit li tassew jaghtu valur lid-demokrazija u l-futur taghhom u tal-familji taghhom. Jidhlu ghal xi bicca xoghol imqar zghira.

Alternattiva Demokratika ghadha kif ghamlet pubbliku r-rapport tat-telfa elettorali. Tista' taqrah bl-Ingliz billi taghfas hawnhekk. Jekk tippreferi bil-Malti tista taqrah minn hawn.

Issa jmiss li naghmlu xi haga. Ahna? jien? int? min?

Jekk jinteressak il-futur tad-demokrazija f'pajjizek, l
-anqas li tista' taghmel bhalissa huwa li tattendi laqgha straordinarja li ser issir nhar is-Sibt li gej fil-Waterfront Hotel, The Strand, Gzira. Nibdew bejn id-9.00 u d-9.30 u nlestu f'xi nofsinhar. Issir elezzjoni ta' kumitat ezekuttiv gdid ta' Alternattiva Demokratika - the Green Party. Ir-registrazzjoni bla hlas.

Jien OK, u int?

No comments: