Saturday, 19 July 2008

Christian Holland

Christian Holland: Kelliem ta' l-Alternattiva dwar l-iSports



Aghmel kuntatt ma' Christian:


Ibghatlu e-mail: chconversions@onvol.net

Cempillu fuq 99470329



Christian Hoalland gej minn familja sportiva hafna. Huwa minn Naxxar u jahdem f'kumpanija ta' home interiors.

Ilu snin midhla ta' l-Alternattiva u gie nominat bhala l-Kelliemi tal-partit dwar l-isports.

Friday, 18 July 2008

Mary Anne Zammit

Mary Anne Zammit: Kelliema dwar il-Protezzjoni Socjali u s-Sahha




Aghmel kuntatt ma' Mary Anne:



Cemplilha fuq Mob. 99440169


Ibghatilha e-mail
mariefrances3@gmail.com




Mary Anne hija gradwata fis-Social Work u s-Servizzi tal-Probation u bhalissa mpjegata bhala Ufficjal tal-Probation.

Tikteb proza, novelli u poeziji kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz. Uhud mill-kitba taghha dehru f'diversi gazzetti lokali u anke journals. L-ewwel novella taghha kienet bil-Malti, 'Id-Dell ta' l-Ezmeraldi', wara kellha pubblikazzjoni ta' ktieb iehor 'Ir-Ragel l-Iswed' fl-2002 fejn it-tema ta' din in-novella kienet id-droga. Din il-pubblikazzjoni rebhet il-MAPA (Maltese Association of Publishers and authors prize).

L-interess ta' mary Anne fil-kriminologija beda fl-1994 meta kien ghadha studenta tas-Social Work u kienet qed taghmel xoghol volontarju fil-habs.

Fl-2006 ippubblikat it-tielt novella bil-Malti 'Stupru' u wkoll kien success iehor.

Mary Anne hija il-President ta' Fondazzjoni favur Kuxjenza Socjali permezz ta' l-Arti u l-letteratura.

Ghamlet zmien attiva hafna fl-Alternattiva Zghazagh (ADZ) u kienet ukoll il-PRO ta' l-ADZ.

Fil-bidu tas-sena 2008 inhatret il-Kelliema ta' l-AD ghall-Arti u l-Kultura. Wara il-laqgha Extraordinarja tal-Partit f'Gunju tas-sena 2008, Mary Anne inhatret il-Kelliema tal-Partit dwar il-Protezzjoni Socjali u s-Sahha.

Stephen Cachia

Stephen Cachia: Kelliem dwar Istituzzjonijiet Demokratici u Drittijiet Civili


Aghmel kuntatt ma' Stephen:

Cempillu fuq 99828993

Ibaghtlu e-mail fuq: cachia@maltanet.net




Stephen Cachia huwa Deputy Chairperson kif ukoll kelliem dwar id-Demokrazija u d-Drittijiet Civili ta' Alternattiva Demokratika. Mario ilu attiv fl-Alternattiva Demokratika sa mill-bidu tagħha. Kien l-editur tal-Gazzetta 'Alternattiva' u serva zmien twil bhala is-Segretarju Generali tal-Partit.

Iggradwa fl-Edukazzjoni, u bhalissa bħalissa jokkupa l-kariga ta' Kap ta' Skola.

Wednesday, 16 July 2008

Michael Brigulio

Michael Briguglio: Kelliem dwar L-Izvilupp Socjali u Ekonomiku


Aghmel kuntatt ma' Michael:


Cempillu fuq Mob. 99894634 jew Tel. 21 331736


Ibghatlu e-mail mbrig@hotmail.com


Zur il-blog tieghu: http://mikes-beat.blogspot.com/


Zur il-Website tieghu: http://www.michaelbriguglio.com



Michael Brigulio minn tas-Sliema huwa Socjologu u lecturer fl-Universita ta' Malta. Jirraprezenta lil Alternattiva Demokratika bhala kunsillier elett fil-lokalita' tas-Sliema. Huwa attiv fi Zminijietna - lehen ix-Xellug. Kien attiv fil-Moviment Graffitti u Front kontra l-Golf Kors, f'The Arts Collection fost ohrajn.

Huwa membru f'diversi organizzazjonijiet akkademici u socjologici inkluz 'Sociologists Without Borders (USA) u Critical Discussion Think-Thank Group.

Fl-1994 kien co-fundatur tal-metal band Norm Rejection u jdoqq bhala drummer.

Ihobb jikteb dwar is-Socjologija u Politika.

Hu u Marija kellhom tarbija - David - ftit tax-xhur ilu.

Henrik Piski

Henrik Piski: AD Spokesperson for IT and Telcommunication


Get in touch with Henrik:


Send e-mail: henrik@piski.com


Visit his blog: http://henrikpiski.wordpress.com



Henrik is a German resident in Malta since 1999. He lives in Qormi. He studied Mathematics in Strasbourg and who is working in IT since the tender age of 15.

He became involved with Alternattiva Demokratika since 2007. He joined the AD Committee for the South of Malta and early in 2008 he represented this committee on the AD Executive.

Prof. Arnold Cassola

Dr. Arnold Cassola: Kap tal-Partit u Kelliem dwar l-Ekonomija u Affarijiet Ewropej


Aghmel kuntatt ma' Arnold:


Cempillu fuq: 79372460 jew 21372460

Ibghatlu e-mail:
arnoldcassola@gmail.com

Zur il-Blog tieghu:
http://arnoldcassola.wordpress.com




Arnold Cassola huwa professur l-universita' u awtur ta' madwar 30 ktieb dwar l-istorja, il-lingwa, il-letteratura ta' Malta u l-politika tal-Hodor. Arnold Cassola kien elett fil-Kunsill tas-Swieqi fl-1994, Segretarju Generali tal-"European Green Party" fl-1999 u mill-gdid fl-2003. Fl-2006 gie elett fil-Parlament Taljan fil-lista tal-Prim Ministru Romano Prodi.

Ko-fundatur ta' l-Alternattiva Demokratika u gie mahtur ic-Chairperson tal-Partit f'Gunju 2008.

Dr. Patrick Attard

Dr. Ing. Patrick Attard: Kelliem dwar Lesbian, Gay, Bi-sexual u Transgender issues


Aghmel kuntatt ma' Patrick:


Ibghatlu e-mail: patrick.attard@alternattiva.org.mt
Zur il-Blog tieghu:
http://patrickattard.blogspot.com/


Dr. Ing. Patrick Attard iggradwa mill-Universita ta' Malta fl-2001 bħala Inġinier u għamel riċerka għad-dottorat fl-Inġinerija fil-Ġermanja mal-Mercedes Benz. Ix-xoghol tiegħu wassal ghal 11-il Patent fl-Ewropa, Amerka u Ġappun u Publikazjoni Xjentifika. Fl-2005 hu hadem mal-Mercedes-Ilmor biex jaghmel studju fuq sensor innovattiv tal-magni tal-Mercedes tal-Formula Wiehed fl-Ingilterra ħdejn Silverstone. Wara mar l-Awstralja għal sena fejn kompla jaħdem fuq kontroll tal-magni tal-karozzi.

Bejn 2003 u l-2005 hu kien wiehed mill-Organizzaturi tal-Gay Pride March ta' Stuttgart, Ġermanja u fl-2007 kien membru tal-Kumitat tal-Malta Gay Rights Movement.

Ikkontesta l-elezzjoni ġenerali ma' l-Alternattiva Demokratika għall-ħames u tnax-il distrett.

Mario Mallia

Mario Mallia: Kelliem dwar l-Edukazzjoni

Aghmel kuntatt ma' Mario:


Cempillu fuq: 79730606
Ibaghtlu e-mail: woody@maltanet.net


Mario Mallia huwa Deputy Chairperson kif ukoll kelliem dwar l-Edukazzjoni ta' Alternattiva Demokratika. Mario ilu attiv fl-Alternattiva Demokratika sa mill-bidu tagħha. Iggradwa Baċellerat fl-Edukazzjoni, għandu Diploma fix-Xjenzi Ambjentali, kif ukoll Post-graduate Diploma fl-Amministrazzjoni u Management fl-Edukazzjoni. Iggradwat ukoll bil-Masters
fl-Edukazzjoni. Bħalissa jokkupa l-kariga ta' Kap ta' Skola. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Ugwaljanza (NCPE) sa mill-2004. Fl-2003 kien ġie elett bħala kunsillier fil-lokalita` ta' Birkirkara f'isem Alternattiva Demokratika. Għal kważi erba' snin, kien il-kummentatur ta' kuljum fuq Capital Radio. Fil-passat kien attiv f'numru ta' NGO's fosthom Tan-Numri u Żgħażagħ għall-Ambjent. Fl-universita` kien ukoll viċi president tal-Kunsill Studenti Universitarji. Mario huwa mizzewweġ lil Josephine u għandhom tifel.

Tuesday, 15 July 2008

Simon Galea

Simon Galea: Kelliem dwar l-Agrikultura u d-Drittijiet u Harsien ta' l-Annimali



Aghmel kuntatt ma' Simon:


Cempillu fuq Mob. 79051243


Ibghatlu e-mail
simonmlt@hotmail.com

Zur il-blogg tieghi: http://simongalea.wordpress.com/




Ghandu 39 sena, minn San Pawil-ilBahar, jahdem bhala Fizzjal ta' Dwana u jokkupa l-kariga ta' ‘Green Leader' fi hdan l-istess Divizjoni. Ghandu Diploma fi Xjenza Ambjentali ( Universita ta' Malta) u Diploma fl-‘Animal Husbandry' ( Kullegg ta' l-Agrikoltura). Ihaddan interess partikolari fl-Agrikoltura Organika u f'Temi Ambjentali waqt li jhobb hafna l-animali. Id-delizzji principali tieghu jinkludu l-qari, muzika u cycling.

Ilu nvolut fi hdan l-AD ghal dawn l-ahhar sentejn. Il-konsistenza fil- politika ambjentali u socjali li l-AD ihaddan kienet r-raguni principali sabiex ninghaqad ma' dan il-partit.

Simon huwa ukoll Ufficjal Finanzi fl-ezekuttiv tal-Partit.

Mark Scerri

Mark Scerri: Kelliem dwar l-Affarijiet Barranin

Aghmel kuntatt ma' Mark:

Cempillu fuq Mob. 79081574


Ibghatlu e-mail
mark.m.scerri@gmail.com



Mark Scerri twieled fl-1974. Kien jattendi il-Kuleġġ ta' Stella Maris minn fejn ħa l-edukazzjoni primarja u sekonarja tiegħu. Wara kompla jistudja s-Sixth Form ta' l-Imsida. Mark iggradwa BSc fil-Kimika u l-Fiżika fl-1996 u MSc fil-Kimika fl-2001 mill-Universitá ta' Malta. Kompla l-istudji tiegħu id-Danimarka, il-Ġermanja u ir-Renju Unit minn fejn kiseb Masters fit-Teknoloġija u il-Management Ambjentali fl-2005.

Mark Scerri jaħdem fil-qasam tal-Ħarsien tal-Ambejnt u għandu esperjenza twila fil-qasam tal-edukazzjoni peress li għall-7 snin kien għalliem tax-Xjenzi fi skejjel sekondarji u post-sekondarji.

Mark ilu involut ħmistax-il sena fl-Alternattiva Demokratika, għax jemmen li Malta għandha bżonn tinqata' minn mentalità ta' tribujiet fejn kollox abjad jew iswed. Bħalissa Mark Scerri huwa wkoll Is-Segretarju Internazzjonali ta' AD. Apparti mill-involviment tiegħu fl-Alternattiva Demokratika, Mark kien involvut f'numru ta' għaqdiet ambjentali u għaqdiet studenteski. Mill-2001 sa Mrazu tal-2003, Mark kien involut fil-Moviment Iva, Malta fl-Ewropa u kien id-Deputat Editur tal-gazzetta tal-Moviment, Perspettiva li kienet toħroġ darba kull ġimagħtejn.

Ralph Cassar

Ralph Cassar: Kelliem dwar l-Energija, Trasport, Industrija u Innovazzjoni

Aghmel kuntatt ma' Ralph:


Cempillu fuq Mob. 99894962 jew Tel. 21 418932


Ibghatlu e-mail ralph.cassar@alternattiva.org.mt


Zur is-sit tieghu fuq l-internett: www.ralphcassar.com



Ralph Cassar twieled fl-1974 u jgħix Ħ'Attard. Kien ukoll jattendi l-iskola primarja ta' Ħ'Attard. L-edukazzjoni sekondarja ħadha fil-Liċeo tal-Ħamrun u s-Sixth Form ta' l-Imsida. Ralph iggradwa BSc fil-Kimika u l-istudji tal-Kompjuter fl-1996 mill-Universita` ta' Malta. Kompla l-istudji tiegħu fl-istess Universita` fejn kiseb Masters fil-Management (MBA) fl-2003. Ralph Cassar jaħdem ma' kumpanija tal-manifattura privata li tipproduċi l-mediċini għall-esportazzjoni. Għandu esperjenza twila ma' fl-oqsma tal-kwalita` u l-produzzjoni u issa jieħu ħsieb proġetti ġodda ta' riċerka u żvilupp ta' mediċini. Ralph ilu involut ħmistax-il sena fl-Alternattiva Demokratika, għax jemmen li Malta għandha bżonn tinqata' minn mentalita ta' tribujiet fejn kollox abjad jew iswed.

Bħalissa Ralph Cassar huwa l-PRO ta' AD u huwa ukoll il-Kelliem dwar l-enerġija, trasport, l-innovazzjoni u l-industrija.

Ralph Cassar kien ikkontesta u ġie elett f'isem l-Alternattiva Demokratika fl-ewwel Kunsill ta' Ħ'Attard fl-1994 fejn ħadem biex issir il-pedestrijanizazzjoni tal-pjazza ta' ħdejn il-Knisja, biex il-ġonna jingħataw dehra ġdida, biex l-ispazji miftuħa fosthom l-area quddiem is-Supermarket fi Triq il-Mosta ma jinbnewx u biex Ħ'Attard jissebbaħ. Reġa ġie elett kunsillier f'isem AD fl-2007.

Carmel Cacopardo

Carmel Cacopardo: Kelliem ghall-Izvilupp Sostenibbli u Gvern Lokali

Aghmel kuntatt ma' Carmel:


Cempillu fuq: 99493903

Ibghatlu e-mail: cacopardocarm@euroweb.net.mt

Zur il-Blog tieghu:
http://carmelcacopardo.wordpress.com


Perit. Iggradwa mill-Universita’ ta’ Malta fl-Arkitettura u l-Inginerija Civili (1982) u mill-Universita’ ta’ Staffordshire fir-Renju Unit (2006) fis-Sostenibilita’ u Management Ambjentali. Fl-2006 ippubblika ktieb bl-isem “Time for Radical Change”, ricerka dwar l-introduzzjoni tal-eko-kontribuzzjoni f’Malta.

Ilu attiv fil-politika mill-1976. Sa nofs Jannar 2008 kien membru tal-PN li f’ismu ukoll ikkontesta tlett elezzjonijiet generali (1987, 1992 u 1996). Okkupa fi snin differenti l-karigi ta’ Segretarju Informazzjoni, Assistant Segretarju Generali u President tal-Kunsill Aministrattiv tal-PN. Irrezenja minn membru tal-PN fl-2008 minhabba li l-Gvern immexxi mill-PN ma mexiex sewwa fil-konfront ta’ min mexa hazin fil-hajja pubblika u fl-istess hin ghamel l-ostakoli lilu f’xogholu ta’ ufficjal investigattiv fl-ufficcju tal-verifika (Audit Office) tal-MEPA.

Illum imsieheb ma’ l-Alternattiva Demokratika.

Ghandu 52 sena. Mizzewweg lil Miriam u missier ta’ Martina (13) u Dario (11). Joqghod il-Kalkara.

Ghalfejn tikkuntattja lil ta' l-Alternattiva?

Hafna huma dawk li minn zmien ghal zmien jikkuntattjaw Ufficjali ta' l-Alternattiva Demokratika (AD) - The Green Party.

Huma diversi r-ragunijiet ghalfejn jikkuntatjawna. Uhud qatt ma holmu li jikkomunikaw ma' ta' l-AD. Meta mbaghad ikkuntattjawna sabu li ahna tassew differenti minn kif tipprova tpengina certu media lokali. Meta titkellem l-AD, ma noqghodux nikkalkulaw kemm ser nitifu jew nigwadanjaw voti. Is-sens ta' fairness u gustizzja huwa wisq ghal qalb il-membri ta' l-AD.

Aktar ma jghaddi z-zmien il-Maltin u l-Ghawdexin qed jindunaw li jekk iridu xi haga ssehh fl-interess nazzjonali ma jkunx bizzejjed jekk joqghodu jeqirdu wehidhom jew ghad tal-grocer.

Il-Kelliema ta' Alternattiva Demokratika qieghdin hemm ghalik. Ma jahdmux fl-interess taghhom jew biex jiehdu l-promotions jew biex ilahhquhom ambaxxaturi jew xidiretturi fuq il-bordijiet tal-Gvern. Nahdmu fl-interess ta' pajjizna. Inhobuha wisq lil Malta u kif ukoll lil Ghawdex.

Lkoll irridu li t-tfal taghna jsibu futur ahjar milli sibnih ahna.

Ghalhekk tiddejjaqx tikkuntatja lil min trid mill-Kelliema ta' l-AD skond il-htigijiet tieghek.

Ser nghaddielkom xi nformazzjoni dwar dawn il-Kelliema. B'kollox hemm erbatax.

"Niehu gost jekk naqsmu ftit ideat flimkien. Huwa biss permezz tal-kuntatt mieghek li nistghu nkunu ta’ servizz ahjar ghalik"

Akbar mill-Kabinett

Fi tmiem din il-Gimgha, l-ezekuttiv ta' l-AD approva 14-il-Kelliema ta' l-Alternattiva fuq suggetti differenti.

Fost responsabiltajiet ohra, ir-Rwol tal-Kelliema huwa li jimmoniterjaw l-oqsma li huma jirrapprezentaw. Dan isir b'diversi modi:

1) jitlaqghu, jiddiskutu, jikkonsultaw u jinvolvu esperti ohra minn oqsma li jirrapprezentaw;

2) ikollhom sottokumitati taghhom sabiex jgharblu l-ideat flimkien;

3) Johorgu stqarrijiet minn zmien ghal zmien dwar is-suggett taghhom (hafna minn dawn ikunu iccensurati mill-media lokali imma tistghu taqraw dawk mhux iccensurati minn fuq www.alternattiva.org.mt);

4) Jirrapprezentaw lill-Partit fuq l-issues li jaqghu taht id-dekasteru taghhom;

5) Jorganizzaw laqghat bejn Alternattiva Demokratika u s-socjeta civili;

6) Iressqu policies quddiem l-ezekuttiv tal-Partit ghall-approvazzjoni;

7) Jahsbu b'mod innovattivi dwar kif jistghu iwasslu l-messagg tal-Partit minkejja n-nuqqas ta' rizorsi umani u finanzjarji;

8) Izommu kuntatt mac-cittadini permezz tal-blog taghhom, websites, e-newsletters, zjarat u attivitajiet ohrajn;

U dan kollu volontarjament. Mhux facli, imma fejn ikjollok nies li jemmnu bis-shih li huma jistghu igibu dik il-bidla ghall-ahjar f'pajjizhom - dana jirnexxi.

L-Ezekuttiv ta' Alternattiva Demokratika approva dan it-Tim ta' nies sabiex ikunu ta' servizz ghalik. Sir af min huma l-Kelliema u ikkuntatjahom skond il-htigijiet tieghek: