Friday 18 July 2008

Mary Anne Zammit

Mary Anne Zammit: Kelliema dwar il-Protezzjoni Socjali u s-Sahha




Aghmel kuntatt ma' Mary Anne:



Cemplilha fuq Mob. 99440169


Ibghatilha e-mail
mariefrances3@gmail.com




Mary Anne hija gradwata fis-Social Work u s-Servizzi tal-Probation u bhalissa mpjegata bhala Ufficjal tal-Probation.

Tikteb proza, novelli u poeziji kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz. Uhud mill-kitba taghha dehru f'diversi gazzetti lokali u anke journals. L-ewwel novella taghha kienet bil-Malti, 'Id-Dell ta' l-Ezmeraldi', wara kellha pubblikazzjoni ta' ktieb iehor 'Ir-Ragel l-Iswed' fl-2002 fejn it-tema ta' din in-novella kienet id-droga. Din il-pubblikazzjoni rebhet il-MAPA (Maltese Association of Publishers and authors prize).

L-interess ta' mary Anne fil-kriminologija beda fl-1994 meta kien ghadha studenta tas-Social Work u kienet qed taghmel xoghol volontarju fil-habs.

Fl-2006 ippubblikat it-tielt novella bil-Malti 'Stupru' u wkoll kien success iehor.

Mary Anne hija il-President ta' Fondazzjoni favur Kuxjenza Socjali permezz ta' l-Arti u l-letteratura.

Ghamlet zmien attiva hafna fl-Alternattiva Zghazagh (ADZ) u kienet ukoll il-PRO ta' l-ADZ.

Fil-bidu tas-sena 2008 inhatret il-Kelliema ta' l-AD ghall-Arti u l-Kultura. Wara il-laqgha Extraordinarja tal-Partit f'Gunju tas-sena 2008, Mary Anne inhatret il-Kelliema tal-Partit dwar il-Protezzjoni Socjali u s-Sahha.

No comments: