Tuesday, 15 July 2008

Mark Scerri

Mark Scerri: Kelliem dwar l-Affarijiet Barranin

Aghmel kuntatt ma' Mark:

Cempillu fuq Mob. 79081574


Ibghatlu e-mail
mark.m.scerri@gmail.com



Mark Scerri twieled fl-1974. Kien jattendi il-Kuleġġ ta' Stella Maris minn fejn ħa l-edukazzjoni primarja u sekonarja tiegħu. Wara kompla jistudja s-Sixth Form ta' l-Imsida. Mark iggradwa BSc fil-Kimika u l-Fiżika fl-1996 u MSc fil-Kimika fl-2001 mill-Universitá ta' Malta. Kompla l-istudji tiegħu id-Danimarka, il-Ġermanja u ir-Renju Unit minn fejn kiseb Masters fit-Teknoloġija u il-Management Ambjentali fl-2005.

Mark Scerri jaħdem fil-qasam tal-Ħarsien tal-Ambejnt u għandu esperjenza twila fil-qasam tal-edukazzjoni peress li għall-7 snin kien għalliem tax-Xjenzi fi skejjel sekondarji u post-sekondarji.

Mark ilu involut ħmistax-il sena fl-Alternattiva Demokratika, għax jemmen li Malta għandha bżonn tinqata' minn mentalità ta' tribujiet fejn kollox abjad jew iswed. Bħalissa Mark Scerri huwa wkoll Is-Segretarju Internazzjonali ta' AD. Apparti mill-involviment tiegħu fl-Alternattiva Demokratika, Mark kien involvut f'numru ta' għaqdiet ambjentali u għaqdiet studenteski. Mill-2001 sa Mrazu tal-2003, Mark kien involut fil-Moviment Iva, Malta fl-Ewropa u kien id-Deputat Editur tal-gazzetta tal-Moviment, Perspettiva li kienet toħroġ darba kull ġimagħtejn.

No comments: