Aghmel kuntatt ma' Carmel:
Cempillu fuq: 99493903
Ibghatlu e-mail: cacopardocarm@euroweb.net.mt
Zur il-Blog tieghu: http://carmelcacopardo.wordpress.com
Perit. Iggradwa mill-Universita’ ta’ Malta fl-Arkitettura u l-Inginerija Civili (1982) u mill-Universita’ ta’ Staffordshire fir-Renju Unit (2006) fis-Sostenibilita’ u Management Ambjentali. Fl-2006 ippubblika ktieb bl-isem “Time for Radical Change”, ricerka dwar l-introduzzjoni tal-eko-kontribuzzjoni f’Malta.
Ilu attiv fil-politika mill-1976. Sa nofs Jannar 2008 kien membru tal-PN li f’ismu ukoll ikkontesta tlett elezzjonijiet generali (1987, 1992 u 1996). Okkupa fi snin differenti l-karigi ta’ Segretarju Informazzjoni, Assistant Segretarju Generali u President tal-Kunsill Aministrattiv tal-PN. Irrezenja minn membru tal-PN fl-2008 minhabba li l-Gvern immexxi mill-PN ma mexiex sewwa fil-konfront ta’ min mexa hazin fil-hajja pubblika u fl-istess hin ghamel l-ostakoli lilu f’xogholu ta’ ufficjal investigattiv fl-ufficcju tal-verifika (Audit Office) tal-MEPA.
Illum imsieheb ma’ l-Alternattiva Demokratika.Ghandu 52 sena. Mizzewweg lil Miriam u missier ta’ Martina (13) u Dario (11). Joqghod il-Kalkara.
No comments:
Post a Comment