Fi tmiem din il-Gimgha, l-ezekuttiv ta' l-AD approva 14-il-Kelliema ta' l-Alternattiva fuq suggetti differenti.
Fost responsabiltajiet ohra, ir-Rwol tal-Kelliema huwa li jimmoniterjaw l-oqsma li huma jirrapprezentaw. Dan isir b'diversi modi:
1) jitlaqghu, jiddiskutu, jikkonsultaw u jinvolvu esperti ohra minn oqsma li jirrapprezentaw;
2) ikollhom sottokumitati taghhom sabiex jgharblu l-ideat flimkien;
3) Johorgu stqarrijiet minn zmien ghal zmien dwar is-suggett taghhom (hafna minn dawn ikunu iccensurati mill-media lokali imma tistghu taqraw dawk mhux iccensurati minn fuq www.alternattiva.org.mt);
4) Jirrapprezentaw lill-Partit fuq l-issues li jaqghu taht id-dekasteru taghhom;
5) Jorganizzaw laqghat bejn Alternattiva Demokratika u s-socjeta civili;
6) Iressqu policies quddiem l-ezekuttiv tal-Partit ghall-approvazzjoni;
7) Jahsbu b'mod innovattivi dwar kif jistghu iwasslu l-messagg tal-Partit minkejja n-nuqqas ta' rizorsi umani u finanzjarji;
8) Izommu kuntatt mac-cittadini permezz tal-blog taghhom, websites, e-newsletters, zjarat u attivitajiet ohrajn;
U dan kollu volontarjament. Mhux facli, imma fejn ikjollok nies li jemmnu bis-shih li huma jistghu igibu dik il-bidla ghall-ahjar f'pajjizhom - dana jirnexxi.
L-Ezekuttiv ta' Alternattiva Demokratika approva dan it-Tim ta' nies sabiex ikunu ta' servizz ghalik. Sir af min huma l-Kelliema u ikkuntatjahom skond il-htigijiet tieghek:
No comments:
Post a Comment