Tuesday 15 July 2008

Ralph Cassar

Ralph Cassar: Kelliem dwar l-Energija, Trasport, Industrija u Innovazzjoni

Aghmel kuntatt ma' Ralph:


Cempillu fuq Mob. 99894962 jew Tel. 21 418932


Ibghatlu e-mail ralph.cassar@alternattiva.org.mt


Zur is-sit tieghu fuq l-internett: www.ralphcassar.com



Ralph Cassar twieled fl-1974 u jgħix Ħ'Attard. Kien ukoll jattendi l-iskola primarja ta' Ħ'Attard. L-edukazzjoni sekondarja ħadha fil-Liċeo tal-Ħamrun u s-Sixth Form ta' l-Imsida. Ralph iggradwa BSc fil-Kimika u l-istudji tal-Kompjuter fl-1996 mill-Universita` ta' Malta. Kompla l-istudji tiegħu fl-istess Universita` fejn kiseb Masters fil-Management (MBA) fl-2003. Ralph Cassar jaħdem ma' kumpanija tal-manifattura privata li tipproduċi l-mediċini għall-esportazzjoni. Għandu esperjenza twila ma' fl-oqsma tal-kwalita` u l-produzzjoni u issa jieħu ħsieb proġetti ġodda ta' riċerka u żvilupp ta' mediċini. Ralph ilu involut ħmistax-il sena fl-Alternattiva Demokratika, għax jemmen li Malta għandha bżonn tinqata' minn mentalita ta' tribujiet fejn kollox abjad jew iswed.

Bħalissa Ralph Cassar huwa l-PRO ta' AD u huwa ukoll il-Kelliem dwar l-enerġija, trasport, l-innovazzjoni u l-industrija.

Ralph Cassar kien ikkontesta u ġie elett f'isem l-Alternattiva Demokratika fl-ewwel Kunsill ta' Ħ'Attard fl-1994 fejn ħadem biex issir il-pedestrijanizazzjoni tal-pjazza ta' ħdejn il-Knisja, biex il-ġonna jingħataw dehra ġdida, biex l-ispazji miftuħa fosthom l-area quddiem is-Supermarket fi Triq il-Mosta ma jinbnewx u biex Ħ'Attard jissebbaħ. Reġa ġie elett kunsillier f'isem AD fl-2007.

No comments: