Huma diversi r-ragunijiet ghalfejn jikkuntatjawna. Uhud qatt ma holmu li jikkomunikaw ma' ta' l-AD. Meta mbaghad ikkuntattjawna sabu li ahna tassew differenti minn kif tipprova tpengina certu media lokali. Meta titkellem l-AD, ma noqghodux nikkalkulaw kemm ser nitifu jew nigwadanjaw voti. Is-sens ta' fairness u gustizzja huwa wisq ghal qalb il-membri ta' l-AD.
Aktar ma jghaddi z-zmien il-Maltin u l-Ghawdexin qed jindunaw li jekk iridu xi haga ssehh fl-interess nazzjonali ma jkunx bizzejjed jekk joqghodu jeqirdu wehidhom jew ghad tal-grocer.
Il-Kelliema ta' Alternattiva Demokratika qieghdin hemm ghalik. Ma jahdmux fl-interess taghhom jew biex jiehdu l-promotions jew biex ilahhquhom ambaxxaturi jew xidiretturi fuq il-bordijiet tal-Gvern. Nahdmu fl-interess ta' pajjizna. Inhobuha wisq lil Malta u kif ukoll lil Ghawdex.
Lkoll irridu li t-tfal taghna jsibu futur ahjar milli sibnih ahna.
Ghalhekk tiddejjaqx tikkuntatja lil min trid mill-Kelliema ta' l-AD skond il-htigijiet tieghek.
Ser nghaddielkom xi nformazzjoni dwar dawn il-Kelliema. B'kollox hemm erbatax.
"Niehu gost jekk naqsmu ftit ideat flimkien. Huwa biss permezz tal-kuntatt mieghek li nistghu nkunu ta’ servizz ahjar ghalik"
No comments:
Post a Comment