Wednesday 16 July 2008

Mario Mallia

Mario Mallia: Kelliem dwar l-Edukazzjoni

Aghmel kuntatt ma' Mario:


Cempillu fuq: 79730606
Ibaghtlu e-mail: woody@maltanet.net


Mario Mallia huwa Deputy Chairperson kif ukoll kelliem dwar l-Edukazzjoni ta' Alternattiva Demokratika. Mario ilu attiv fl-Alternattiva Demokratika sa mill-bidu tagħha. Iggradwa Baċellerat fl-Edukazzjoni, għandu Diploma fix-Xjenzi Ambjentali, kif ukoll Post-graduate Diploma fl-Amministrazzjoni u Management fl-Edukazzjoni. Iggradwat ukoll bil-Masters
fl-Edukazzjoni. Bħalissa jokkupa l-kariga ta' Kap ta' Skola. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Ugwaljanza (NCPE) sa mill-2004. Fl-2003 kien ġie elett bħala kunsillier fil-lokalita` ta' Birkirkara f'isem Alternattiva Demokratika. Għal kważi erba' snin, kien il-kummentatur ta' kuljum fuq Capital Radio. Fil-passat kien attiv f'numru ta' NGO's fosthom Tan-Numri u Żgħażagħ għall-Ambjent. Fl-universita` kien ukoll viċi president tal-Kunsill Studenti Universitarji. Mario huwa mizzewweġ lil Josephine u għandhom tifel.

1 comment:

Anonymous said...

Hasra li Mario Mallia ma regax ikkontesta ghal elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara.
Mario bniedem ezemplari u dejjem lest li jghin.
In-nuqqas tieghu ghadu jinhass.
Hemm xi cans li terga tkun fil-kunsill darba ohra Mario?
Minn qalbi nawguralek.
Mario il-Karkarizi jirrispettawk hafna ghalhekk jekk forsi din id-darba tista' toffri mill-hin tieghek fil-Kusill Lokali ahna zgur li napprezzaw.
Tislijiet Mario