Aghmel kuntatt ma' Patrick:
Ibghatlu e-mail: patrick.attard@alternattiva.org.mt
Zur il-Blog tieghu: http://patrickattard.blogspot.com/
Dr. Ing. Patrick Attard iggradwa mill-Universita ta' Malta fl-2001 bħala Inġinier u għamel riċerka għad-dottorat fl-Inġinerija fil-Ġermanja mal-Mercedes Benz. Ix-xoghol tiegħu wassal ghal 11-il Patent fl-Ewropa, Amerka u Ġappun u Publikazjoni Xjentifika. Fl-2005 hu hadem mal-Mercedes-Ilmor biex jaghmel studju fuq sensor innovattiv tal-magni tal-Mercedes tal-Formula Wiehed fl-Ingilterra ħdejn Silverstone. Wara mar l-Awstralja għal sena fejn kompla jaħdem fuq kontroll tal-magni tal-karozzi.
Bejn 2003 u l-2005 hu kien wiehed mill-Organizzaturi tal-Gay Pride March ta' Stuttgart, Ġermanja u fl-2007 kien membru tal-Kumitat tal-Malta Gay Rights Movement.
Ikkontesta l-elezzjoni ġenerali ma' l-Alternattiva Demokratika għall-ħames u tnax-il distrett.
No comments:
Post a Comment