Showing posts with label George Pullicino. Show all posts
Showing posts with label George Pullicino. Show all posts

Tuesday, 6 January 2009

Int x'tahseb mis-sena l-gdida 2009?

Jien nahseb li ser tkun sena interessanti.

Probabbli tul ix-xahar ta' Jannar in-nies jibdew jircievu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. U dan ser ikun ta' thassib ghall-maggoranza tal-familji bi dhul medju. Izda f'Marzu, imbaghad, ghax ikunu waslu l-elezzjonijiet, il-Gvern ihabbar trahhis fir-rati tad-dawl u l-ilma. Soltu storja nsomma.





F'April jrid jinbidel il-President u jkollna president jew presidenta, li suppost tgawdi ir-rispett ta' ghadd kbir ta' Maltin u Ghawdxin. Ma nafx kemm il-gvern nazzjonalista li m'ghandux il-maggoranza assoluta tal-voti tal-poplu Malti u Ghawdxi, jerga' jissogra jinnomina xi politikant iehor nazzjonalist. Nittama biss li ma jintghazilx xi hadd li jkun maghruf kemm hadem ghal xi partit izda mhux ghall- pajjiz.




F'Gunju wiehed irid izomm f'ghajnejh li l-Maltin u l-Ghawdxin kollha ser ikun mitluba jivvutaw u jaghzlu membri ghal Parlament Ewropew u ghal numru ta' kunsilli lokali. Hawnhekk il-poplu ser jerga' jfakkar lill-gvern li huma ghandhom il-poter fuq il-vot taghhom. Allura ma nistaghgibx li nerga' nara manuvri ma' xi kategoriji ta' votanti, bhalma gara bejn Gonzi u dawk li bnew illegalment fl-Armier lejlet l-elezzjoni generali. Lanqas nistaghgeb jekk, minkejja li l-insib spicca fl-1 ta' Jannar, in-nazzjonalisti jippruvaw jilghabu xi loghba ohra mal-kaccaturi u n-nassaba. Probabbli wkoll naraw xi applikazzjonijiet miftuha ghal-xoghol mal-Gvern u forsi anke xi sorprizi fil-hatriet. L-esperjenza urietna li l-kilba ghal poter taf taghmel minn kollox.



Mill-banda l-ohra, nahseb li nibdew naraw xi rizultati ta' xi riformi mwieghda qabel l-elezzjoni. Fosthom dik tal-ligi tal-kera, tal-kunsilli lokali u tat-trasport pubbliku. Inhoss li din ta' l-ahhar hija l-aktar wahda li ser tolqot b'mod immedjat lil ghadd kbir ta' nies. Ironikament, ir-riforma tat-trasport pubbliku suppost tibda mill-gzira t'Ghawdex, fejn it-trasport pubbliku huwa kwazi inezistenti – allura anke jekk inzidu xi rotta, din tkun okkazzjoni tajba fejn nistghu naqtghu xi zigarella u narawhom fuq l-ahbarijiet tat-tmienja ghax xi hadd jiddeciedi li din l-ahbar ghandha news value. Interessanti naraw kif Austin Gatt u Govanna Debono ser jahdmu flimkien biex ma jirfsux kallijiet.



Bil-haqq insejt ir-riforma tal-MEPA! Bhal hafna tibdiliet ohra li saru huwa inutli li tbiddel il-work practice jekk ma tbiddilx il-work ethics. Nifhem li din ta' l-ahhar ser tkun bicca xoghol iebsa ghal Lawrence Gonzi, li nehha din ir-responsabbilta' minn idejn George Pullicino. Id-diffikulta' tibqa li wara li darrew lin-nies jemmnu li 'mhux kemm taf imma lil min taf', issa jriduna nahsbu b'mod iehor. Ma nahsibx li taht tmexxija ta' gvern immexxi minn partit wiehed wahdu f'kollox, 'kollox huwa possibbli'.



Nahseb li din is-sena wkoll tibqa is-sena tas-skiet u fomm maghluq fuq affarijiet li suppost isahhu d-demokrazijka f'Malta Ewropeja. In-nies mhux ser jinsew il-manuvri li nkixfu lejn tmiem is-sena li ghaddiet mill-e-mail ta’ Pawlu Borg Oliver fejn talab lill-Gvern jerga' jibda jghaddi lill-Partit Nazzjonalista informazzjoni personali u sensittiva ta' nies privati li jkunu marru ghandu b'xi ilment jew talba ghal ghajnuna. Ghalhekk mhux sorpriz li matul din is-sena wkoll, Lawrence Gonzi jibqa' sieket dwar dan ukoll.



Mill-banda l-ohra, zgur li din is-sena ser nisimghu hafna kliem ta' ottimizmu kemm mit-tmexxija nazzjonalista u anke mit-tmexxija laburista. Diskorsi.





Fuq livell internazzjonali, nahseb li hemm stennija dwar il-hidma tal-President Amerikan Barak Obama. Nahseb l-akbar stennija hija kif dan l-ewwel President Afro-Amerikan ser jahdem favur il-paci u s-serhan tal-mohh f'dinja mbezza' mill-kunflitti, traffikar tan-nies f'pajjizi b'mod irregolari, gwerer, guh u ngustizzji.





Nahseb li naraw tibdiliet drastici dwar il-politika Ewropea rigward dak li kien jissejjah is-suq hieles f'dinja globalizzata.


Indunajna issa li s-sinjur aktar ma jkollu aktar irid, xi drabi b'detriment ghal min hu ifqar. Nahseb li fejn qabel il-gvernijiet tal-pajjizi hallew liberta’ assoluta lis-suq b'rizultat li l-ekonomija dinjija falliet; issa naraw li l-gvernijiet ser ikollhom jaghtu kaz aktar il-harsien socjali tac-cittadini taghhom. Allura nistenna li nara Ewropa aktar socjali.





Fuq livell personali, nahseb li ser tkun sena fejn ser inkompli nitghallem hafna affarijiet godda fosthom kif norganizza l-quccija ghat-tifel, li f'Mejju 2009 jaghlaq sena.




U INT?


ara l-link billi taghfas hawnhekk.

Friday, 11 July 2008

Il-Kappella tal-Kangaroo

“Il-Mepa Qorti tal-Kangaroo,” huma fost il-kliem ibsin użati mill-Imħallef Joe Galea Debono fil-konfront ta’ l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar f’kawża li fetaħ bħala ċittadin komuni, flimkien ma’ aktar minn 30 persuna oħra (aktar dettallji HAWN)
Wasalt fic-Centru ta' l-Universita' (Ghawdex) fit-triq li taghti mix-Xewkija ghall-Imgarr f'xi l-11:05.

F'dan il-post hemm kamra mdaqqsa li fiha kultant jiltaqa' l-Bord ta' l-Apelli tal-MEPA. Ghal min ghadu ma jafx, M.E.P.A. tfisser Malta Environment and Planning Authority. U Ghal min forsi ghadu ma jafx, tajjeb li lkoll inkunu nafu li din l-Awtorita' m'ghadhiex taqa' taht il-Ministru George Pullicino, izda 'ghall-grazzja t'Alla' taht wiehed aqwa minn Ministru. Il-MEPA issa taqa' propju taht il-Prim!

U tghidx kemm kien hawn nies qabel l-elezzjoni generali xejru bnadar u ferhu ghax hasbu li ladarba l-MEPA ser taqa' taht il-Prim, l-affarijiet issa ser jimxu aktar bil-galbu! Sahansitra anke ghaqda ambjentali qalet li thossha gratified li l-Prime Minister highlighted the importance of sustainable development u il-htiega tal-MEPA reform in his recent diskors tal-Parliament.

Wow!

Ha nkompli nghidilkom dwar il-kappella tal-Kangaroo....

Allura ghandkom tkunu tafu li c-Centru ta' l-Universita f'Ghawdex zmien ilu kien sptar ghal persuni b'mard mentali u s'intendi bhal kull istituzzjoni fil-pajjiz sagru u kottoliku taghna; kont issib il-kappella.

Meta mbaghad minn sptar sar ic-centru ta' l-Universita', din il-kappella inbidlet f'lecture room.

U meta l-Board ta' l-Appelli tal-MEPA jkollu bzonn jisma' l-appelli f'Ghawdex, din il-kappella taqbez qabza ohra u tinbidel f'kawzi-awla gudizzjarja.

Fhimt 'l ghaliex il-kappella tal-Kangaroo issa?

Mhux biss. Isma' x'gara illum perezempju....

Kif ghidt, wasalt f'xi 11:05. Kien hemm xi nies fuq barra b'xi kartelluni biex jipprotestaw mall-MEPA talli ghadha ghaddejja bil-kwistjoni ta' l-izvilupp fir-Ramla l-Hamra. (ara r-ritratt).

Hafna ppreferew joqghodu barra biex jidhru fuq is-Super One. Halli ghalihom tas-Super One f'okkazjoni bhal din! Nahseb indumu xahar nisimghu l-istess fin-news tas-7.30. Jew forsi il-kumitat ta' l-etika il-gdid tal-lejber jaghtihom parir biex dawn l-istrategiji jbiddluhom?

Jien dhalt fil-kwazi-awla peress li kien hemm l-aircondition u sabiex nilhaq post bil-qieghda quddiemnett halli nisma', nara u nifli sew.

U mnalla ghax kull ma kien hemm tuzzana siggijiet! Gbidt wiehed u poggejt fuqu. Ftit wara bdew dehlin hafna nies u spiccaw bil-wieqfa. X'hin Spietri bejli (ic-chairman tal-board tal-Appell u dak li hareg ghall-elezzjonijiet man-Nazzjonalisti u li gie appuntat Chairman mill-President tar-Repubblika fuq parir tal-Ministru tal-Gustizzja) beda jghajjat u jkecci lil kull min kien bil-wieqfa. Dun Manwel ghamel sewwa. Dak sab mejda f'kantuniera u pogga bil-qieghda hemm.

Imma tant il-kwazi-awla bdiet timtela bin-nies li l-aircondition ma baqax jaghmel effett. In-nies bdew irewhu. Jien kelli nqum minn bil-qieghda bis-shana. Wiehed minn tal-Board ipprova jiftah tieqa. Ic-chairman tal-Board kien jidher li kellu tensjoni fuqu ddoqq u beda jghajjat ma' siehbu: "Hallikom mit-twieqi, hallikom mit-twieqi"

L-Appell tar-Ramla l-Hamra beda jinstema f'xi 13:00.

Allura mill-11:05 sas-13:00 kelli x-xorti noqghod nisma' bid-decizjonijiet ta' l-appelli minn dan il-famuz board. U kien hemm appelli tafux! U daqshekk iehor kien hemm periti u avukati. Heqq kulhadd irid jiekol hux.

Miskin ic-cittadin!

Hin minnhom it-tifel ta' wiehed mill-izviluppaturi tar-Ramla mar biex jigbed ritratt. Jien gejt nidher gharqan xraba u fl-istess hin bi tbissima. Izda ma kienx mument li c-Chairman induna bil-flexx ghax sbroffa u beda jghid:

"Dan il-post (cioe l-ex kappella) huwa kazi-awla. Ma rridx ritratti." Victor (ghax kemm ukoll kien jismhu l-'fotografu' qallu li ser ihassar ir-ritratt.

"U ma rridx nies bix-shorts"

U povru Martinu li kien bilqieghda hdejja kien wiehed minn dawk il-povri cittadini li gew mieghi biex nuru d-dizapprovazzjoni taghna ghall-izvilupp tal-villel taht Ghar Calypso fir-Ramla; kellu jitlaq 'l barra.

Jien le imma :)

U allura kien hemm ukoll periti li kienu lebsin ix-shorts. Dawn kellhom imorru id-dar, jilbsu qalziet twil u jerghu jigu lura.

Messhom ghamlu tabella fil-bieb tad-dhul ta' din il-'kwazi-awla'.....kieku jien kont nikteb hekk:

Hawnhekk kien hawn kappella
u allura ma tistax tidhol b'qalziet ta' taht jew bix-shorts.


Smajt kemm-il appell imma ma smajtx decizjoni wahda mgiddma. Stajt ninnota l-espressjonijiet ta' stmerrija fuq ucuh ic-cittadini. Bdejt ukoll nara espressjonijiet differenti fuq ucuh xi periti u avukati. Daz-zgur.

Povru cittadin!

L-appelli kollha diferiti ghad-29 ta' Novembru 2008 (dak iz-zmien ma nahsibx li jigu lebsin ix-shorts).

Biex tghaxxaqha, hin minnhom issa bdew dehlin il-gurnalisti. "Ma rridx ritratti! Ahna hawn qed naghmlu xogholna" rega' ghajjat ic-Chairman tal-Bord ta' l-Appelli tal-MEPA.

"Anke ahna qed naghmlu xogholna" qallu Mark Micallef tat-Times u kien hemm gurnalist iehor urieh il-Press Card (bhal dik ta' Jerrfrey Pullicino Orlando, tiftakar?).

Kif dahlet il-gurnalista ta' l-Independent, mar fuqha l-pulizija ta' l-ghassa u stahbiha wara kolonna. Ma nafx 'l ghaliex. Ma tghidx kienet liebsa ndecenti fil-kappella tal-kangaroo!

F'xi s-13:00 resqu l-avukat Charlie Galea f'isem l-izviluppaturi tal-villel tar-Ramla u l-Perita ta' Dimech u fuq in-naha l-ohra dawk li kienu ghamlu l-oggezzjoni.

Waqa skiet perfett, waqt li corma Nglizi (li jghixu Ghawdex) resqu 'l quddiem bhallikieku ser jifmhu xi haga minn dak it-tgedwid bil-Malti.

Membru tal-board staqsa 'l ghaliex fil-file ma hemmx record li l-appell thallas mill-applikanti.

L-avukat Galea sostna li l-izviluppaturi baghatu l-fee.

Il-membru tal-board beda jispjega li apparti li fil-file tieghu ma hemmx dan ir-record, is-somma tal-fee ma kenitx kompatibbli mal-legal notice li kienet harget dan l-ahhar.

"Allura ghidulna kemm ghadna nhallsu u nhallsu" qal l-avukat f'isem l-izviluppaturi.

U ara daqsxejn kemm ic-Chairman ghandu qalb hanina....

Beda jiddetta hekk waqt li l-iskrivana tal-Board bdiet tittajpja fuq il-laptop....

"Fi zmien 10 t'jiem l-appellant irid jirranga l-affarijiet (cioe' l-hlas dovut)....u d-decizjoni finali diferita ghad-29 ta' Novembru."
Bye bye....

Li kieku kont jien jew int flok l-izviluppaturi, tghid il-MEPA kienet timxi maghna b'qalb daqshekk hanina jew kienet tuza l-burokrazija taghha u tghidilna li

'ladarba ma gewx osservati il-ligijiet tar-Repubblika ta' Malta, allura dan l-appell jigi null u michud'
?


...u allura tghid ghandha ragun il-Ministru ghal Ghawdex dalghodu waqt il-launch ta' l-eku-Ghawdex tghid: li mhux etika li l-Ministeru jiehu xi pozizzjoni kontra jew favur xi progett ghax "dak xoghol l-awtoritajiet kompetenti".

X'tahseb eh?