Xoghlijiet infrastrutturali u ta’ tisbih qed isir fit-triq li mir-Rabat taghti ghal Marsalforn, Ghawdex.
Intant L-Awtorita tat-Trasport tghid li xoghol ta' restawr f'Marsalforn mhux sodisfacenti. It-Times of Malta irreferit ghat-tbazwira tal-famuza bankina li saret bil-barka ta' l-istess kunsill lokali taz-Zebbug. Kien sar xoghol illegali li milli jidher xi hadd (ukoll kunsillier fl-istess kunsill), hakem bicca mit-triq pubblika li milli jidher kellu f'mohhu li jaghmilha parti mill-kiosk. Jidher li ried jokkupa l-art sabiex jaghmel l-imwejjed u s-siggijiet f'din it-triq. Wiehed jipprova jaqla lira hux!
Il-Ministru tat-Trasport u l-Awtorita' kienet ordnat li x-xoghol jitwaqqaf minnufih anzi jerga' jigi irrestawrat.
Hemm partita kawzi ghaddejjin fil-Qorti tal-Magistrati wkoll mid-dehra.
Kont ktibt dwar dan HAWNHEKK. Xi hadd ikkumenta hekk:
L-unika haga li kien jonqsok tghid kienet li l-Ministru tat-Trasport huwa Austin Gatt u li flimkien ma' kuginuh Lou Bondi’ ghandu flat tefa’ ta’ gebla 'l boghod.
Tghid ghandu (jew ghandha) ragun?
Nerga' nistaqsi : Min se jhallas?
1 comment:
Hello! I am a reader from the Philippines. I found your site very interesting. It is worth the visit.
Post a Comment