Sunday, 23 May 2010

Ta' Nette u Ta' Peppije

Dan l-aħħar erġajt tgħajt titwila l-ktieb ta' Albert W. Agius 'Qwiel, Idjomi, Laqmijiet Maltin u trufijiet ohra'

Tinteressani l-parti dwar il-laqmijiet....laqmijiet tal-bliet u rħula, tal-Bened u oħrajn. Li għandu nieqes huwa l-biżibilju ta' laqmijiet tal-familji li nsibu fl-ibliet u l-irħula tagħna.

Ilha tberren f'moħħi kif ċertu laqmijiet anke fir-raħal tiegħi jistgħu anke jispiċċaw maż-żmien, jew għax nies dik il-familja jkunu mietu jew għax il-ftit qraba li jkun fadal minn dik il-familja jkunu telqu mir-raħal jew siefru u allura l-laqam tagħhom ma jibqax jintuża.

Aktar u aktar tinteressani kif ċertu laqmijiet huma marbuta ma' ċertu familji. Uħud mill-ismijiet tal-laqmijiet issibhom komuni f'diversi lokalitajiet u mhux neċessarjament dawn il-familji jkunu qraba ma' xulxin.

Ħsibt li ndur dawra mar-raħal tiegħi (l-Għarb) u nniżżel xi laqmijiet li naf. Min jaf kemm hemm aktar li ma nafx! Nibda minn tiegħi (ħalli ħadd ma jgħid xejn);

L-aktar laqam komuni tiegħi huwa Ta' Nette, dan għax ommi kien jisimha Maria-Netta (Marjetta) iżda kulhadd kien jgħajtilha Nette....allura jien spiċċajt Victor ta' Nette. Ommi ilha mejta mill-1987 u allura peress li għadda iż-żmien u missieri kien għadu ħaj, aktar bdew isibuni Ta' Peppije. Dan minħabba li lill-missieri kienu jsejħulu Peppija li ġejja mill-kelma Peppi (Joseph). Allura lili jsibuni jew Victor Ta' Nette jew Victor ta' Peppija.

Laqmijiet oħrajn fl-Għarb huma:

Taz-Zugow Tal-Kaj tal-Geberr Tal-Pissiw Tas-Suwfej
Tal-Bubow Ta' Bakkarumxut Ta' Djamont Tan-Namrot Ta' Ħaxkin
Tal-Muzzow Tar-Rejjeq Tal-Luruj Tal-Mulett Tal-Buqnuj
Ta' Judrus Ta' konza Ta' Puruj Ta' l-aħmar Ta' l-Abjad
Tat-Taljon Tan-Naqnaq tat-Tixx Tal-patrowjn Iż-Żebbuġe
Tal-Puttow Ta' Majsuj Ta' Dendule Tal-Barruj Ta' Kelment
Ta' Stangow Ta' Firtillanzow Tal-Mestulejn Tal-Pexijxe Tal-Marżublow
Ta' Kermeline Tan-Nemuse Tal-Ħaddied Tal-Puxxow Ta' Ġude
Tal-Ħerbuxej Tal-Budej Tal-Kanunkow Ta' Ħamieme Tas-Sulton
Tal-Padej Żeppe ta' Gwanna Żeppe ta' Kanġow Tar-Reħs Ta' Bunettej
Tas-Sansown Tal-Geżejż Ta' Pawluzzow Ta' Ġubbow Tas-Serdiwk
Ta' Fittit Ta' l-Imgħallim Ta' Klemenzjiw Tal-Urmul Tat-Tixx
Ta' Liċe Ta' Judrus Tat-Twujl Tal-Milħ Ta' Nuzzuj
Tal-Ġigont Tas-Suld Tal-Bannuruj Tax-Xufej Tal-Wiżne
Tal-Buxla Tan-Naħlej Tal-Ħarruxa Tal-Lupe T'Anġulina
Ta' Saliba Tax-Xinej Ta' Pawluzzow Tal-Ħerbuxej Tal-Pijle
tal-Franċujż Taċ-Ċallow Ta' Sandir Tar-Ragħap Tal-Bajxa
Tan-Naqnaq Tan-Nagħġe Ta' l-Infattaħ Tal-Buqnuj Taz-Zullow
Tad-Djamond Tar-Ruġul Ta' Kelment Taċ-Ċimblej Taċ-Ċallas
Tal-Mesikk Tal-Fraks Ta' Kunza Tal-Patruwn Tal-Muntown
Ta' Ġużwe' Tat-Tutowr

u min jof kemm hemm iżjid?


geddix għumruk? (Kemm ghandik zmien?)

12 comments:

Anonymous said...

prosit victor

Victor Galea said...

Kif ahna sieħeb (jew sieħba)?

Interessanti l-istejjer tal-laqmijiet hux tassew?

Sahha

Victor

Anonymous said...

proset tal-blog

Anonymous said...

proset victor ta dan il blog ghax huma interessanti hafna

Anonymous said...

proset tal kliem interesanti li ghamilt u hadd gost naqrom

Anonymous said...

proset tal kliem interesanti li ghamilt u hadd gost naqrom

Anonymous said...

hat gost naqrhom

Anonymous said...

had gost naqra il blogs tiejek studet adult malti

Anonymous said...

ghogobtni

Anonymous said...

I like it victor

Anonymous said...

ogbitni

Anonymous said...

Victor, interessanti l-mod kif irnexxielek tikteb id-djalett Malti. Fih studju tassew interessanti.
Insellimlek,
Maltija.