Monday, 21 April 2008

bqajt bla frawli


Bhallum immur ir-Rabat naghmel ix-xirja m'ghand ta' Dirjanu.
Hdejn dan il-hanut hemm wiehed ibiegh haxix u frott frisk.
Dan l-ahhar, kull darba nixtri l-frawli u frott iehor minn ghandu.
Illum qalli li l-frawli spiccalu kollu sa fil-ghodu.
Qalli li peress li fl-ahbarijiet tal-bierah semma il-fiera tal-frawli li saret l-Imgarr (Malta) u peress li fuq it-TV xi tabib qal li l-frawli huwa sustanzjuz; kulhadd mar jixtri l-qahbec frawli kmieni dal-ghodu.

...ara daqsxejn l-effett tat-TV!!!

3 comments:

Anonymous said...

u jghidu li hu affrodisijaku wkoll. Ajma hej ha naraw ikollniex boom tat-tfal 9 xhur ohra

Anonymous said...

Qatt kont taf li l-frawla hi frotta biz-zerriegha fuq barra.
Bejn wiehed u iehor ghandha madwar 200 zerriegha.
Ir-Rumani tal-qedem kienu jemmnu li l-Frawli kienet tiskansak mill-mard tal-melankonija(depression), hass hazinijiet, riha tinten fil-halq, gebel fil-kliewi, mard fid-demm, fil-fwied u milsa.
Il-pjanta gejja mill-familja tal-ward (rose)
F'survey li kien sar instab li 53% ta' tfal bejn is-7 u d-9 snin ghazlu l-frawli bhala l-iktar frotta favorita taghhom.
Mhux ta' b'xejn hi frotta daqshekk popolari l-frawli!

Victor Galea said...

Wow! Grazzi ta' din l-informazzjoni!