Dawn il-ġranet, grupp ta' għaqdiet ambjentalisti ħarġu stqarrija fejn isemmu biss uħud mill-kandidati tal-Pee Enne għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. U kif jinzertaw l-affarijiet hux? Din tassew ħaġa kbira tafux. Il-Gaia Foundation, in-Nature Trust, il-Birdlife u Friends of the Earth bħall-għaqdiet volontarji l-oħra tradizzjonalment jibżgħu jieħdu pożizzjoni li tifagħhom ma’ naħa jew ma’ oħra minħabba li b’hekk jistgħu joffendu lil naħa jew oħra tal-membri tagħhom stess skont il-lealtà politika tagħhom. Iżda issa jidher li l-affarijiet qed jieħdu xejra oħra. L-importanti hu li bħalma l-Għaqdiet ma jiddejqux jieħdu ritratti ma' George Pullicino lejlet xi elezzjoni, bl-istess mod ma jiddejqux jghidu iswed dak li hu iswed u abjad dak li hu abjad. Fi tmiem il-ġimgħa gejn mistoqsi mill-ġurnal ILLUM bħala s-segretarju ġenerali ta' Alternattiva Demokratika - il-partit ekoloġista Malti. U jien tgħajt dawn il-kummenti.... Fil-każ tal-għaqdiet ambjentali jidħol aspett speċjali billi Alternattiva Demokratika – The Green Party minkejja l-impenn tiegħu f’ħafna, oqsma hu partit ekoloġista msieħeb fil-European Green Party. Bilkemm jista’ jkun hemm dubju dwar l-impenn ambjentali tal-AD u għalhekk jistona ħafna l-fatt li l-AD tintefa’ fl-istess keffa mal-partiti l-oħra fl-istess nifs li jinxteħet dubju dwar l-appoġġ li jistgħu jgawdu xi kandidati minn partiti oħra mill-partit tagħhom dwar kwistjonijiet ambjentali.
|
Tuesday, 27 January 2009
X'wahda din...sirna "ambjentalisti"
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment