Monday, 16 February 2009

Il-parking tal-ħaddiema Għawdxin fl-Imġarr

Fit-2, ta’ Dicembru 2008, laqqat ticket.

Dak inhar stess ktibt lil Board ta' l-Appell ghax hassejt li dan kien serq sfaccat.


U ktibtilhom hekk....


Lill-Board ta’ l-Appell

26, Triq l-Arcisqof

Il-Belt Valletta


Sinjuri,


Bir-rispett nitlobkom tilqghu l-oggezzjoni tieghi ghall-avviz hekk imsejjah ta’ kontravvenzjoni (197 -07422-2). Id-deskrizzjoni tal-kontravvenzjoni li jien sibt imwahhla tal-windskrin tal-karozza tieghi jindika li l-kontravvenzjoni kienet ghax min ta din il-kontravvinzjoni dehru jew dehrilha li jien kont ipparkjajt fuq double yellow line. (bghattilkom kopja tat-ticket/l-avviz ta’ Kontravvenzjoni).

Dan assulutament mhux minnu u ha nispjega:



Jien haddiem li ta’ kuljum immure ghax-Xoghol Malta. Ilni is-snin. Dan l-ahhar, biex nifranka l-flus, inhalli il-karozza ipparkjata l-Imgarr u nuza l-karozza tal-linja jew mezzi ohra ta’ transport ghal post tax-Xoghol tieghi. Minn mindu meta ix-xoghol tal-car park fl-Imgarr, saret kwazi impossibbli li ssib parking decenti sakemm ma tmurx lejn malta kmieni qabel il-vapur tas-7.30AM. Allura wiehed jispicca jew jipparkja taht Chambrej (hdejn l-ufficini tal-Gozo Channel (ara ritratt: parking tal-haddiema Ghawdxin taht Chambrej) jew inkella ‘l boghod hdejn il-Marina. Jien wiehed li ilni s-snin nipparkja taht Chambrej.



Meta tlesta il-carpark, ahna l-Ghawdxin ittamajna li issa jibda jkollna parking decenti. Pero gara li rari insib spazju f’dan il-carpark peress li operaturi li jikru l-karozzi juzawh bhala parking area lejl u nhar. (ara ritratt: il-carpark fejn huwa normalment okkupat mill-Jeeps u karozzi tal-kiri). Kull filghodu li nghaddi nfittex spazju hawnhekk QATT ma rajt Avvizi ta’ Kontravvenzjoni mwahhlin mall-windskrin tal-karozzi tal-kiri li okkupaw carpark shih.







Allura minkejja l-famuz inawgurazzjoni tal-faci

litajiet tal-port ta’ l-Imgarr, xorta wahda ahna l-haddiema li rridu naqsmu lejn Malta ghal hobza ta’ kuljum, spiccajna nipparkjaw that Chambrej xi drabi anke fit-tajn u trejqa bla asphalt (ara r-ritratt).












Nitloblok sinjuri tharsu lejn ritratt propju tal-Karozza tieghi Golf GAC-038 bit-ticket fuq il-windskin li tghid li qieghed ipparkjat fuq id-double yellow line. Nitloblok sinjuri tinnotaw li id-double yellow line huwa aktar minn 5 metri l-boghod mill-karozza tieghi. (ara: Double yellow line u l-karozza tieghi).








Ilni s-snin nipparkja f’dan il-post u ebda wordin qatt ma tfacca taht Chamnbrej biex jaghti t-tickets. Forsi dan jew din il-wordin haseb li kont ta’ kontravenzjoni ghax ma jkunux jistghu jghaddu korozzi ohrajn minn bejn id-double yellow lines u l-karozza tieghi? Ghal din ir-raguni hadt ritratt ukoll tan-naha l-ohra tal-karozza tieghi (ara ritratt: spazju bizzejjed biex jghaddu korozzi ohrajn).








Biex ikolli prova ta’ dan gbidt ritratti tal-karozzi ghaddejjin minn kull naha, kemm minn naha tal-lemin tal-kaorzza tieghi , cioe, fejn hemm id-double yellow line, u kemm minn naha l-ohra. Ir-rizutat hu li l-karozzi u vetturi ohra jghaddu komdi minn kull naha. (Ara ritratt: mhux ta’ kontravenzjoni ghall-vetturi lanqas minn naha tad-double yellow lines).








Ghalhekk inhoss li din il-kontravvenzjoni/ akkuza ta’ reat hija mill-aktar ingusta u nitlob li il-Bord ta’ l-Appell jilqa’ t-talba ta’ l-appell tieghi u dan ghaliex:



1) mhux veru li kont ipparkjat/wieqaf fuq double yellow line;


u

2) lanqas kont ta’ ebda xkien ghall-ebda vettura li setghet tghaddi mill-lemin jew mix-xellug ta’ fejn konna ipparkjati.


Barra milli ipprovdejt ir-ritratti bhala prova ta’ l-argumenti tieghi, ghandi numru ta’ persuni li offrew li jkunu xhieda jekk ikun hemm mil-htiega u dan peress li s-sens komun ma jenhtieg forza.


Victor Galea

Tel: 79017017


fl-4 ta' Frar, 2009


Ircevejt mill-Bord dwar il-Petizzjonijiet li:


"Il-Bord dwar il-Petizzjonijiet ACCETTA il-petizzjoni tieghek dwar il-kontravenzjoni bin-numru 197-07422-2"


Izda il-burokrazija ta' l-ufficini tal-gvern ziedet tghid: "IL-BORD IWISSIK BIEX MA TERGAX TIRREPETI L-OFFIZA".


X'offiza hi? Kieku aghmilt offiza zgur li ma kontx noqghod nappella!


Insomma, mieghi kien hemm 13-il karozza ohra li laqqtu ticket. Lkoll ktibtilhom li jekk iridu jappellaw, jien kont lest li nipprovdilhom ir-ritratti. Tnejn biss minnhom kellmuni.


Forsi kien hemm min mar jixtri xi flixkun Johnnie Walker ghal xi hadd?


Meta ser nitghallmu ahna l-Ghawdxin li hemm bzonn li ahna stess naqbzu ghad-drittijiet taghna, u mhux nixxenqu ghall-favuri u l-pjaciri?


Jien irnexxieli. Int ghandu jirnexxilek ukoll jekk thoss li qed issir ingustizzja mieghek. Toqghodx tibza mill-babaw!

5 comments:

Anonymous said...

any chance of a translation Vic? There are a lot of ex-pats here who support the AD

Anonymous said...

Agenzija tal gvern kitbitli u fl ahhar tat twegiba qaluli li dan kollu protett taht il ligi tad 'Data Protection Act'.

Issa dak li rridu nahbu nitfghuh taht din il ligi.

Anonymous said...

Nahseb li hadt ftit xoghol mhux hazin biex tipprova li m'inti hati tal-kontravenzjoni imma verament proset Victor li ipperseverajt u iggilidt ghad-drittijiet tieghek.

Anonymous said...

Parking u Shelter mill irwifen u ksieh li ma tissaportihx. X'tghamel? Tigeddes wara xi hajt biex ma jahkmikx ir rieh.

L-Ghawdxin ma humiex qtates. Nghatuhom id dinjita li jisthoqqilhom. Please do it.

Anonymous said...

thanks Vic, for letting us know how to deal with such hiccups in a very democratic and clean manner :-)