Ircevejt kopja ta' 'Ittra lill-Editur' li ntbagħtet lil Gazzetti kollha bil-Malti, inlkuż lill-Mument, l-Orizzont, in-Nazzjon, it-Torċa u l-Illum. Naf biha ghax din l-ittra tas-sur Camilleri minn Nadur intbaghtet ukoll lin-newsletter elettronika ta' Alternattiva Demokratika.
L-ittra tirrgwardja il-kaz maħmuġ dwar kif il-Knisja, l-Gven u l-MEPA ħadmu qaqoċċa kontra l-bdiewa sabiex minkejja li l-istudju ambjentali wrew li bini ta' ċimiterju fuq xagħri fin-Nadur ser jagħmel ħsara diretta fuq l-ilma naturali, ix-xogħol baqa' għaddej xorta waħda.
Kif inhu mistenni l-istrateġisti nazzjonalisti ma ippubblikawx din l-ittra la fin-Nazzjon u lanqas fil-Mument.
Ta' l-Orizzjont ċempel lill-awtur u qallu li ser jippublikawha fit-Torċa iżda mhux fl-orizzont.
Interessanti li l-istrateġisti lejburisti iċċensuraw dan li ġej mit-Torċa:
"L-istess bħall-Isqof, hu sieket il-Prim Minsitru Lawrence Gonzi, li wara li kkopja l-proposta tal-Alternattiva Demokratika, kien wiegħed li Għawdex se jagħmlu gżira ekoloġika"
Kos hux, kemm joħorġu ċari l-hidden agendas tal-PNPL
www.it-torca.com | Il-Ħadd 15 ta' Frar 2009 |
1 comment:
San Gwann tal Belt hu exepju car ta meta 'nghattu ix xemx bl gharbiel'. Kollox jinkixef fl ahhar mill ahhar.
Allura, thabat cittadin meta wara darek qed issir gwerra kontrik. Pero xorta ivvota ghalihom halli johonquk u tkun ferhan izjed.
Ma nitkazawx bil kwistjoni recenti bejn Israel u L Palestina.
Post a Comment