Fettillej inniżżil liste ta' klem li kieniw jgħejdulew mite' ken għandnej tfol. Ħafne minn don il-klem għadu jintuża. oħrajn intilfiw maż-żmen. Ma' kull kilme qed nagħmil it-tifsire tagħha:
ċejċe = ħelwa jew xi ħaġa tajba pappa = ħobż nejne = biċċa laħam immurrow barbar = immorru dawra/ħarġa paqqa = karozza bumbow = ilma tuttow = żiemel beqqe = nagħġa meqqej = mogħża tietiw = kelb pijpej = għasfur ċiċċej = tpoġġi bil-qiegħda ġuġow = ġobon pejxe = qattusa zijziw = serduq muċċow = fenek żaqquqa = żaqq babaw = xi saħħar (ġej għalik il-babaw) bumma = meta tkun ser taqa' (tagħmel bumma) xejxej = dawl jew nar baħħ = meta xi tisparixxi jew titlaq ċuffa = iċċafċaf fl-ilma jew meta immorru l-baħar (immorru ċuffa) ninnej = orqod kukka jew kukkuwa = bajda (egg) bibbe = libsa mimmej = meta tweġġa tata' = bye bye vuvow = tarbija qeqqe = xeba'/daqqa (naghtik qeqqe) zinzin = banda/daqq qabbi = ghammilli qabbi (give me a hug)
Tinteressani l-parti dwar il-laqmijiet....laqmijiet tal-bliet u rħula, tal-Bened u oħrajn. Li għandu nieqes huwa l-biżibilju ta' laqmijiet tal-familji li nsibu fl-ibliet u l-irħula tagħna.
Ilha tberren f'moħħi kif ċertu laqmijiet anke fir-raħal tiegħi jistgħu anke jispiċċaw maż-żmien, jew għax nies dik il-familja jkunu mietu jew għax il-ftit qraba li jkun fadal minn dik il-familja jkunu telqu mir-raħal jew siefru u allura l-laqam tagħhom ma jibqax jintuża.
Aktar u aktar tinteressani kif ċertu laqmijiet huma marbuta ma' ċertu familji. Uħud mill-ismijiet tal-laqmijiet issibhom komuni f'diversi lokalitajiet u mhux neċessarjament dawn il-familji jkunu qraba ma' xulxin.
Ħsibt li ndur dawra mar-raħal tiegħi (l-Għarb) u nniżżel xi laqmijiet li naf. Min jaf kemm hemm aktar li ma nafx! Nibda minn tiegħi (ħalli ħadd ma jgħid xejn);
L-aktar laqam komuni tiegħi huwa Ta' Nette, dan għax ommi kien jisimha Maria-Netta (Marjetta) iżda kulhadd kien jgħajtilha Nette....allura jien spiċċajt Victor ta' Nette. Ommi ilha mejta mill-1987 u allura peress li għadda iż-żmien u missieri kien għadu ħaj, aktar bdew isibuni Ta' Peppije. Dan minħabba li lill-missieri kienu jsejħulu Peppija li ġejja mill-kelma Peppi (Joseph). Allura lili jsibuni jew Victor Ta' Nette jew Victor ta' Peppija.
Laqmijiet oħrajn fl-Għarb huma:
Taz-Zugow Tal-Kaj tal-Geberr Tal-Pissiw Tas-Suwfej Tal-Bubow Ta' Bakkarumxut Ta' Djamont Tan-Namrot Ta' Ħaxkin Tal-Muzzow Tar-Rejjeq Tal-Luruj Tal-Mulett Tal-Buqnuj Ta' Judrus Ta' konza Ta' Puruj Ta' l-aħmar Ta' l-Abjad Tat-Taljon Tan-Naqnaq tat-Tixx Tal-patrowjn Iż-Żebbuġe Tal-Puttow Ta' Majsuj Ta' Dendule Tal-Barruj Ta' Kelment Ta' Stangow Ta' Firtillanzow Tal-Mestulejn Tal-Pexijxe Tal-Marżublow Ta' Kermeline Tan-Nemuse Tal-Ħaddied Tal-Puxxow Ta' Ġude Tal-Ħerbuxej Tal-Budej Tal-Kanunkow Ta' Ħamieme Tas-Sulton Tal-Padej Żeppe ta' Gwanna Żeppe ta' Kanġow Tar-Reħs Ta' Bunettej Tas-Sansown Tal-Geżejż Ta' Pawluzzow Ta' Ġubbow Tas-Serdiwk Ta' Fittit Ta' l-Imgħallim Ta' Klemenzjiw Tal-Urmul Tat-Tixx Ta' Liċe Ta' Judrus Tat-Twujl Tal-Milħ Ta' Nuzzuj Tal-Ġigont Tas-Suld Tal-Bannuruj Tax-Xufej Tal-Wiżne Tal-Buxla Tan-Naħlej Tal-Ħarruxa Tal-Lupe T'Anġulina Ta' Saliba Tax-Xinej Ta' Pawluzzow Tal-Ħerbuxej Tal-Pijle tal-Franċujż Taċ-Ċallow Ta' Sandir Tar-Ragħap Tal-Bajxa Tan-Naqnaq Tan-Nagħġe Ta' l-Infattaħ Tal-Buqnuj Taz-Zullow Tad-Djamond Tar-Ruġul Ta' Kelment Taċ-Ċimblej Taċ-Ċallas Tal-Mesikk Tal-Fraks Ta' Kunza Tal-Patruwn Tal-Muntown Ta' Ġużwe' Tat-Tutowr