Showing posts with label Rent Reform. Show all posts
Showing posts with label Rent Reform. Show all posts

Thursday, 3 July 2008

Ir-riforma fil-ligi tal-Kera

Dak li suppost qed jaghmel l-istat, qieghdin jaghmluh numru ta' sidien ta' djar. U dan minkejja li ahna lkoll inhallsu t-taxxi li minnhom suppost l-istat jonfoqhom f'inizjattivi biex hadd ma jaqa' lura fis-socjeta' taghna.

Imma mhux hekk gara mill-gwerra 'l hawn fil-kaz tal-ligijiet tal-kera.

Fi zmien ta' wara l-gwerra, kien gust li kulhadd jaghti sehemu sabiex kulhadd ikollu saqaf fuq rasu, peress li dak iz-zmien hafna familji spiccaw bla dar u ghalhekk min kellu aktar minn dar wahda beda jikri lill-dawn in-nies.

X'gara allura?

Is-sidien ta' dawk id-djar kienu jdahhlu ftit soldi u xelini mill-kera. Ghaddew is snin u l-kera baqghet l-istess. Mhux biss...

Is-sidien tad-djar ma setghux juzawhom - l-anqas ghal uliedhom stess. Il-kirjiet baqghu jintirtu mill-buz buz nannu ghall-buz nannu u ghan-nannu ecc. U t-tajba hi li jekk dan il-post mikri jkollu bzonn xi manutenzjoni ikun irid jirrangah is-sid bi spejjes tieghu minkejja li min joqghod fil-kera baqa' jhallas ix-xelini.

Allura hawn kaz ta' ingustizza. U din l-ingustizzja baqghet tgerbeb matul is-snin kemm taht Borg Olivier, kemm taht Mintoff, il-KMB, Eddie (jew Edward) Fenech Adami, Sant u Gonzi.

Minghajr biza' ta' xejn, Alternattiva Demokratika (AD) indirizzat din l-anomalija meta bdiet titkellem dwar dan is-suggett.

L-avversarji taghna (bhas-soltu) bdew jaraw x'ha jaqilghu. U qalu taf!

Fost kollox qalu li ta' l-AD jridu jitfghu in-nies 'l barra. Ara x'kull wahda!

Minkejja kollox l-AD baqghet ghaddejja b'kampanja favur it-tibdil tal-ligi tal-kera. Is-success ta' din il-kampanja lahaq il-qofol tieghu meta qabel l-elezzjoni generali ta' Marzu li ghadda, il-GonziPN accetta l-fatt li hemm bzonn ta' riforma fil-ligi tal-kera; anzi saret wieghda fil-programm elettorali. Kemm hi sabiha l-hajja hux?

U issa l-gvern qed jaffaccja l-muzika (facing the music kif ighidu bl-Ingliz) b'John Dalli fi tmum. Dalli iva, ghax issa sar ministru tal-politika socjali. Dak, li darba jien stess smajtu jghid li ta' "l-alternattiva hlief fuq l-ambjent ma jitkellmux".

Dalwaqt jinduna Dalli li ta' l-AD mhux fuq l-ekologija biss jitkellmu!

Nissugerielkom taghtu titwila dak li diga kiteb bhala l-ewwel reazzjoni tal-White Paper, il-Kelliem ta' l-AD dwar l-izvilupp sostenibbli, il-Perit Cacopardo billi taghfas HAWN.