Dak li suppost qed jaghmel l-istat, qieghdin jaghmluh numru ta' sidien ta' djar. U dan minkejja li ahna lkoll inhallsu t-taxxi li minnhom suppost l-istat jonfoqhom f'inizjattivi biex hadd ma jaqa' lura fis-socjeta' taghna.
Imma mhux hekk gara mill-gwerra 'l hawn fil-kaz tal-ligijiet tal-kera.
Fi zmien ta' wara l-gwerra, kien gust li kulhadd jaghti sehemu sabiex kulhadd ikollu saqaf fuq rasu, peress li dak iz-zmien hafna familji spiccaw bla dar u ghalhekk min kellu aktar minn dar wahda beda jikri lill-dawn in-nies.
X'gara allura?
Is-sidien ta' dawk id-djar kienu jdahhlu ftit soldi u xelini mill-kera. Ghaddew is snin u l-kera baqghet l-istess. Mhux biss...
Is-sidien tad-djar ma setghux juzawhom - l-anqas ghal uliedhom stess. Il-kirjiet baqghu jintirtu mill-buz buz nannu ghall-buz nannu u ghan-nannu ecc. U t-tajba hi li jekk dan il-post mikri jkollu bzonn xi manutenzjoni ikun irid jirrangah is-sid bi spejjes tieghu minkejja li min joqghod fil-kera baqa' jhallas ix-xelini.
Allura hawn kaz ta' ingustizza. U din l-ingustizzja baqghet tgerbeb matul is-snin kemm taht Borg Olivier, kemm taht Mintoff, il-KMB, Eddie (jew Edward) Fenech Adami, Sant u Gonzi.
Minghajr biza' ta' xejn, Alternattiva Demokratika (AD) indirizzat din l-anomalija meta bdiet titkellem dwar dan is-suggett.
L-avversarji taghna (bhas-soltu) bdew jaraw x'ha jaqilghu. U qalu taf!
Fost kollox qalu li ta' l-AD jridu jitfghu in-nies 'l barra. Ara x'kull wahda!
Minkejja kollox l-AD baqghet ghaddejja b'kampanja favur it-tibdil tal-ligi tal-kera. Is-success ta' din il-kampanja lahaq il-qofol tieghu meta qabel l-elezzjoni generali ta' Marzu li ghadda, il-GonziPN accetta l-fatt li hemm bzonn ta' riforma fil-ligi tal-kera; anzi saret wieghda fil-programm elettorali. Kemm hi sabiha l-hajja hux?
U issa l-gvern qed jaffaccja l-muzika (facing the music kif ighidu bl-Ingliz) b'John Dalli fi tmum. Dalli iva, ghax issa sar ministru tal-politika socjali. Dak, li darba jien stess smajtu jghid li ta' "l-alternattiva hlief fuq l-ambjent ma jitkellmux".
Dalwaqt jinduna Dalli li ta' l-AD mhux fuq l-ekologija biss jitkellmu!
Nissugerielkom taghtu titwila dak li diga kiteb bhala l-ewwel reazzjoni tal-White Paper, il-Kelliem ta' l-AD dwar l-izvilupp sostenibbli, il-Perit Cacopardo billi taghfas HAWN.
2 comments:
Il-bzonn ghar-riforma fil-kera ilha hafna tinhass biss l-ebda gvern qatt ma ta' kasha bis-serjeta, ghax din sikkina taqta minn zewg nahat jew forsi tlieta! Mela hemm sid il-kera, l-kerrej u xi nghidu ghal voti li jkun se jitlef il-gvern?
U illum nahseb li din il-white paper ukoll hija dahk fil-wicc. Mela LM80 fis-sena mhux xorta kera baxxa ghaz-zmien tal-lum? Wara daqs dawk snin li l-kerrej ikun ilu fil-kera baxxa?
U li xi darba il-post jerga lura ghand is-sid xorta mhix haga facli lanas.
Mela s-sid m'ghandux ulied ukoll li ma jkunx iridhom jissalbu biex jixtru jew jikru fejn joqghodu meta jikbru jew meta jkunu jridu jiehdu l-istat taghhom? Heq m'hemmx x'taghmel ghal darba ohra jkollu jara hwejgu ghand in-nies bla ma hu ma jista' jaghmel xejn!
€79.40 bhala kera ghaz-zmien tal-lum hija dahka fil-wicc, mela nesa' Dalli kemm il-kerrej ikun ilu joqghod fil-post b'kera baxxa ghal snin twal bla ma hadd ma jista' jghollilu u mhux hekk biss imma il-kirja tibqa' tintiret ghal generazzjonijiet shah u int ikollok uliedek li waslu biex jiehdu l-istat taghhom u tarhom jissalbu bid-dejn halli jixtru post u hwejgek ikun ghand in-nies b'xejn.
Anzi ghar minn hekk int stess tkun trabbejt gewwa 2 ti kmamar ghax l-isbah postijiet ikun mikrijin ghand in-nies u ma tista' taghmel xejn avolja int tkun qieghed tghix fil-mizerja u fic-cokon. Din il-haga ghaddejt minnha jien u issa se jghaddu uliedi ghax kif ghidtlek it-tifla waslet biex tiehu l-istat taghha fi ftit snin ohra u se jkollha tiddejjen ghal ghomora biex tixtri dar fejn toqghod.
Regward Commercial leases din dahka fil-wicc ohra; 20 sena ohra huma twal wisq biex sid il-kera jerga jiehu lura l-post.
U ghandu jkun hemm klawsola fejn tghid li jekk il-kerrej tal-commercial premises ma jgibx il-kera fil-gurnata li tghalaq ghandu jehel multa ta kemm il-jum igib il-kera tard.
Kif il-kirja taqa jekk isir xi arrangament struttulali fil-bini tal-commercial premisesminghajr ma s-sid jigi mgharraf.
Mhux certa jekk issemmix li l-kirja ta' hanut tistax tintired mill-ulied. Jekk iva ghandu jsir kuntratt anke jekk qabel ma kienx hemm kif ukoll li jekk is-sid ikun irid il-post lura ghandu jiehdu jigifieri it-tfal tal-kerrej m'ghandhomx dritt ghal kirja jekk ma jkunx kuntent is-sid.
Post a Comment