Hafna hawnhekk ighidulu cimblu. Ma nafx 'l ghaliex. Propjament glockenspiel jissejjah.
Mhux strument facli. L-aktar li jindaqq f'baned militari. Forsi ghax jirrekjedi certu dixxiplina biex iddoqqu?
Gieli kont Malta u smajt lil xi bandist idoqqu. Fil-baned Ghawdxin qatt ma smajtu ghalkemm xi 15-il sena ilu kont qed nghallmu lil wihed bandist mix-Xewkija - Ta' Fantin. Imma ma tantx dam idoqqu wisq. Nifhem li l-banda fiha rabta.
Il-glockenspiel huwa strument iehor li jghogobni. Pero' trid toqghod attend kif iddoqqu. Il-hoss fl-gholi (high pitch) tieghu jinstema' hafna u allura daqsxejn ta' zball jinstema wisq!
Trid tkun ziemel ghalih - kif ighidu. U jrid ikollok 'widna' tajba wkoll.
Xi ghaxar snin ilu, il-kunjatu kien xtara wiehed biex idoqqu mal-banda tar-rahal tieghu iz-Zebbug - banda li kienet ghadha kif giet imwaqqfa. Il-kunjatu daqqu darba u fullstop. Jien mort tajjeb, ghax kultant kont intektiklu daqtejn (lic-cimblu).
Xi gimgha ilu gie Mawrizju ta' Sander id-dar. Kien jaf li jien indoqq ic-cimblu u qalli jekk nithajjarx indoqq mal-banda ta' l-Gharb. Ghidtlu "mela le" anzi apprezzajt li qalli.
Gabli CD b'xi marci. Il-kunjatu silifni ic-cimblu u ghamilt gimgha nippruvah. Ergajt rattabt naqra idejja. Indoqq ic-Cd fuq il-player u ndoqq ic-cimblu mieghu.
Illejla Mawrizju gabli beritta u ngravata ghax ta' l-Gharb ser idoqqu l-marcijiet. Trid tarani bl-uniformi ta' bandist hej!
Mort. Daqqejt u hadt pjacir.
Filwaqt li naghti l-festa t-tajba lin-nies ta' l-Gharb, ismaghni ndoqq l-Innu Marcia sieheb billi taghfas fuq il-vidjow clip hawn taht:
6 comments:
Irrid nisimghhek ddoqqu Vic. Weghedni li meta nkun hemm l-ewwel darba ddoqqli xi haga:)
Taghrif interessanti dwar ic-'cimblu'. Issa la gietek din l-oportunita li ddoqqu kompli sejjer hekk forsi ghad narawk ukoll Malta f'xi festa tar-rahal. F'dak il-kaz ghidli halli nigi narak!
Proset, Karriera gdida din fil banda,nittama li xi darba narak waqt xi marc.
Basta ghidt li jekk tiehu zball tghidx kemm jinstemha jien bil-kemm smajtu ahseb u ara .......l-istrumenti kollha sbieh , mhux biss ic cimblu........ ghax ma daqqetx bicca wahdek u semmajtilna mela mal banda il-hoss tieghek inheba....hekk kellimtek!
Prosit ghalik ghandi pjacir li tghllimt strument iehor ,bravu u dan l'instrument jixraqlek ghax isserhu fuq dik izzaqq li ghandek
;):)..)lol
Lil brother Lino....
imnalla dik iz-zaqq...hekk qed isservi ta' protezzjoni civili hux :)
Post a Comment