Wednesday, 9 April 2008

Muntun minn naha taghna?

Illum Anglu hadni mieghu naraw il-kampjonat tal-European Championship Cup. Qalli mmorru narawha l-Awrora. Qatt ma mort mieghu nara loghba futbal l-Aurora. Gieli mort mieghu fil-Liverpool club fix-Xewkija. L-Awrora hemm big screen tajjeb hafna u iehor hdejh. Il-loghba tal-Liverpool vs Arsenal kienet fuq il-Big Screen bis-sound mentri fuq l-iscreen l-iehor kien hemm ic-Chelsea kontra xi tim tork.

L-Awrora kienet mimlija irgiel. Xejn nisa hlief wahda mill-bartenders kienet tfajla. Irgiel pjuttost imdahhlin fl-eta', ghalkemm kien hemm xi ftit guvintur. Kien hemm hut anglu minn Nadur u maghhom kien hemm iehor li qalli li hu minn ta' Kappuna ghandu jkun. Hdejhom kien hemm siggu vojt li jien hsibt li merfugh ghal Anglu. "Le huj...Anglu fuq quddiemnett jaqghad"

U spiccajna fuq quddiemnett jien u Anglu. Hassejtni qiesni go knisja bis-siggijiet ....bil-kemm tista' thares lura ghax tara ghexiren ta' ghajnejn iharsu fuqek. Bdejt noqghod attent kif incaqlaq rasi li ma mmurx intellef il-veduta lil ta' warajja. Kelli flixkun birra u gelgiltu bil-mod.

Fl-ewwel half l-Arsenal laghbu vera tajjeb. Skurjaw l-ewwel l-Arsena u qrib it-tmiem tal-half time skurjaw il-Liverpool. Anglu qam minn postu jghajjat u jgholli jdejh - qisni jien kieku rbaht is-Super 5!

Fil-halftime hrigna barra halli nisimghu ftit il-kummenti. kien hemm il-bicca l-kbira tan-nies li jzommu mal-Liverpool, xi ftit ma' l-Arsenal u hafna li la jzommu ma' l-Arsenal u lanqas mal-Liverpool. Kien hemm xi erba' nies li nafhom imma l-bicca l-kbira le. Kien hemm Pawlu li ta' sikwit ikun id-dar taghna jirrangalna xi switch jew xi kanna ta' l-ilma. Tkellimna tikka qabel beda it-tieni half. Ghadda wkoll Salvu Grech, hu l-mara ta' hija Lino.

Skurjaw il-Liverpool u mbaghad l-Arsenal u mbaghad penalty li skurjaw il-Liverpool u goal iehor il-Liverpool. Gew 4 bi 2. Ragel imdahhal fiz-zmien tela' bil-wieqfa fuq mejda jghajjat hekk kif skurjaw ir-raba' goal il-Liverpool. Kienet ovvja li issa rebhu il-Liverpool.

Kif spiccat il-loghbha kulhadd donnu sparixxa f'sekonda. Wiehed li ma nafux minn Adam gie fejni u staqsieni waqt li pponta subajgh lejn xwejjah liebes gerzi griz: "Dok il-muntown minn naha taghkim jew?"

Ippruvajt inhares lejn wiccu biex nara jekk nafux. 'Il-muntun' baqa' l-hin kollu dahru lejja. Ma stajtx naghraf min hu. Iddejjaqt nghidu li hu minn naha taghna bhallikieku tan-naha taghna mhumiex imtaten.

"Ma nahsibx li mill-Gharb" ghidtlu jien.

"Miz-Zebbug mene jew?"

"Jista jkiwn" ghidtlu jien.

Imma mbaghad kelli kurzita' l-ghaliex dan il-povru ragel ta' xi 70 sena huwa muntun skond dan.

"Isma' siehib. Ghalex muntown?"

"Ghax ge warajna u spicca qaghad bil-qieghde quddiemne...u minfowq il-hejn killiw ilablab fuq il-leghbe l-ohra. Muntown miz-Zebbiwg dok"

"Hmm" ghidt f'qalbi. "Mhux difficli tkun muntun hawnhekk" hsibt jien.

3 comments:

Anonymous said...

Viva il-Liverpool. You never walk alone.

Parent Leader -Malta said...

I really loved reading this story from everyday life. Hope to see more of this on your blog.

Anonymous said...

Liverpool are just a lucky bunch. The best football was, is and will remain the Italian.