Monday, 7 September 2009

nitħaddit kejf nitħaddit id-dor

Xi xhowr iliw Miriam Cassar il-fundatriċej ta' l-NGO VersAgħtini kellmitnej li xteqit turganizza Festival tad-Djalettej ieħur f'Għawdix.


Is-sena l-oħra kien sor l-ewwel darba fil-Munxor. Kint murt u ħodt pjaċujr (ura hawn). Anki kint ktibt xi ħaġe haw fil-blogg (ura hawn).



Din is-sena sor fil-Mużew tal-Fulklur f'raħal twelidej stess.

Minkejje li ġew ħafne nes minn irħule oħra u ġew nes appusta minn Multa biex jisimgħew d-djeletti, ma kenx fuċluj li n-nes ta' l-Għarb jiġiw u jitkellmu bid-djelett tagħne.

X'ħin waslut Miriam Cassar u Ġużi Gatt il-Ħadd fil-għudow kmienej (6 ta' Settembru 2009), bdejne bil-ħidme. Gużi qagħad jirranġa l-bitħa tal-Mużew tal-Fulklur bis-siġġijet fejn kellhe ssejr l-attivito. Jen u Miriam Cassar durna xi 4 darbet ma' l-Għarb biex inħajjrow xi erba minn nes jiġiw.

Kemm hawn min jistħi kos!

L-isbaħ waħda kienit mite mara mir-raħal xi ftit akbar minnej qeltilna "Leq ħuj ma niġejx! Mene jen xiħe? Murrow sibiw xi waħde xiħe"....voldieri dejn (li hej stess titkellem bid-djelett), deħlithe f'rusha li d-djelett huwa xa ħaġe tax-xjiwħ biss!

Mele fid-djor kille kemm aħne xjiwħ għax ħadd minne ma jitħaddit bil-Multuj standard ħlef fl-iskula għax bil-furs.

Kulħadd bid-djalett ta' raħliw jitħaddit.

Imme mitt bniedim mitt fehme.

Sa x'ħejn surow il-ħdox, il-bitħa tal-Mużew tal-Fulklur imtlet bin-nes. Anzuj ken hemm wusgħa għal xi erba nes mill-Għarb għax minbarra jen, Savio u Miriam, ġew Viturja, Lilej tan-Nagħġe, Mikielanġla tat-Taljon, Patrik ta' Stangow, Ġurġ ix-Xemx u anke Marija tal-Kaj. Ħejn minnhim ġe Ċikkiw tal-Kaj ukill għax redt jisma' naqra għane, imma ġe tord għax l-għannejje leħqiw spiċċew.

Killix ma killix qattajna sagħtejn u mejn kellu l-kuroġġ jiġej ħo pjaċur.

Kus ukill....biex titħaddit il-lingwe t'ummok quddem in-nes, hawn mejn għandu bżunn il-kuroġġ. Imme x'tagħmil?

Jen ma ddejjeqtx inqebbil waħde lil Savio kejf ken jagħmil miegħej in-nannru z-Zugow (alla jaħfirliw) - ura hawn.

2 comments:

Karmenu u Brigitte Galea said...

Xi gmiel ta lingwa Maltija ....kemm fiha x'tapprezza! Id-djalletti sbieh wisq. Tghid imutu biz-zmien ghax illum ftit hawn nies li jafu jitkellmu bid-djalett? Jawilla dan mhux wirt missirijietna, wirt din l-omm hanina li hija artna?
Ahna l-Maltin minn dejjem konna laghqin u qatt ma bzajna ghal kultura taghna u dak li veru jaghtina identita, bil-mod il-mod qed jitnaqqar u jintilef.

Brigitte said...

Il-mod li bih kantajt dik l-ghanja helwa bit-tifel tieghek f'hogrok konvinta li int MISSIER ta veru!