Saturday, 5 September 2009

X'inhi l-pozizzjoni tan-Nazzjonalisti dwar il-qerda ta' l-ambjent f'Ghawdex?


Kemm qieghdin tajjeb kos hux!




Waqt il-protesta tal-Mushrooms fl-Gharb, is-sindku Nazzjonalista ta' l-Gharb talab lil Partiti politici sabiex jaghmlu l-pozizzjoni taghhom cara dwar l-ambjent f'Ghawdex!






Kieku staqsa lil Partit tieghu nahseb kien ikun ahjar.




Xejn personali sur Sindku imma mhux sewwa li tipprova titfa' lil kulhadd f'keffa wahda.


Ezattament bl-Ingliz ighid hekk:


"The Council applies all Gozo politicians to declare publicly their position against the distortion of Gozo environment and countryside with a development in an ODZ zone." ara HAWN


Mur ghidilhom lin-nies li jien bhala Kelliemi ta' l-AD ghal Ghawdex kien ilni nigri wara s-sindku sa minn Novembru tas-sena l-ohra sabiex issir konferenza stampa dwar dan il-kaz!? Kien gie anke l-perit Cacopardo u l-Profs Cassola.

Minkejja kollox pero' inhoss li ghandi nirringrazzja lis-sindku u l-kunsill lokali ta' l-Gharb ghal pozizzjoni li issa hadu fl-interess tar-residenti ta' Triq Frangisk Portelli u tal-madwar.

Issa l-kunsill ghandu l-istqarrija ufficjali ta' l-AD dwar dan. Tghid ser ikollu xi rispons minn naha tal-PN u l-PL li huma jirrapprezentaw?


Niddibuta. Jew?



-----------------------


STQARRIJA STAMPA


05/09/2009


Ghandu jinstab sit iehor ghall-impjant tal-faqqiegh - AD


Alternattiva Demokratika tappoġġa lir-residenti tal-Għarb fl-oggezzjoni tagħhom għall-impjant tal-produzzjoni tal-faqqiegħ ftit metri l-bogħod miż-żona residenzjali, il-Villagg tas-Snajja Ta' Dbiegi u 200 metru biss il-bogħod mill-Lukanda Kempinski San Lawrenz.


Il-Perit Carmel Cacopardo, kelliemi ta’ AD dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Gvern Lokali qal li minn eżami tad-dokumenti tekniċi sottomessi ma jirriżultax minn fejn ser jinġieb il-ħmieġ tat-tiġieġ li ser jintuża fil-produzzjoni tas-substrate għall-faqqiegħ. Imkien ma jingħad dwar jekk l-industrija tat-tiġieġ f’Għawdex hiex f’posizzjoni li tippovdi dak meħtieġ għall-proġett tal-produzzjoni tal-faqqiegħ fl-Gharb.


Minn dak li hu magħruf jirriżulta li f’Għawdex m’hemmx biżżejjed irziezet tat-tiġieġ biex jistgħu jissuplixxu l-impjant għall-produzzjoni tal-faqqiegħ u allura dan ser ikollu jinġieb minn Malta.


Dan kollu, żied jgħid Victor Galea kelliemi ta’ AD għal Għawdex, juri mhux daqstant li l-proġett m’għandux isir, imma li postu la hu fl-Għarb u probabilment l-anqas f’Għawdex.
Mhux ta’ b’xejn li l-Project Description Statement, żied jgħid Galea, ikkonsidra numru kbir ta siti alternattivi. Għax l-ebda waħda minnhom m’hi aċċettabbli. Is-sit tal-Għarb bħas-sit tax-Xewkija hu wisq viċin l-abitat. Għandu għaldaqstant jinstab sit alternattiv.


Ralph Cassar


PRO - AD, The Green Party


-------------------------------------------------------


I suggest you have a look at the contribution by Perit Carmel Cacopardo on this subject (mushrooming of the eco-island) by clicking HERE.

No comments: