Monday, 11 February 2008

L-AD hi l-aqwa ghodda ghal Ghawdex, huma hafna li ser juzawha fl-interess t’Ghawdex.

Waqt konferenza stampa minn Ghawdex, Dr. Harry Vassallo ipprezenta l-kandidatura ta’ Victor Galea bhala l-kandidat tad-distrett t’Ghawdex ghall-elezzjoni li gejja..

Dr. Vassallo qal li l-kandidatura ta’ Victor Galea f’Ghawdex ser taghti l-opportunita lil dawk li ghandhom il-vot f’Ghawdex sabiex ibiddlu s-sistema ta’ klijentelizmu li sammet lura l-ekonomija Ghawdxija. “Victor Galea gie maghzul mill-kumitat regjonali ta’ l-AD f’Ghawdex minhabba l-entuzjazmu li wera matul dawn l-ahhar snin sabiex gab successi f’Ghawdex f’diversi oqsma”

Dr. Vassallo semma’ d-diversi successi li gab Victor Galea f’isem Alternattiva Demokratika – The Green Party f’Ghawdex tul dawn l-ahhar snin, fosthom l-impenn sabiex jigu salvati Ta’ Cenc, Hondoq ir-Rummien u r-Ramla l-Hamra. Semma l-pressjoni li saret mill-Alternattiva sabiex jigi salvat il-patrimonju u l-htiega li l-partiti jibdew jahsbu f’impjiegi godda u moderni ghall-Ghawdxin f’Ghawdex. “Alternattiva Demokratika fil-parlament biss tista’ tiggarantixxi l-harsien ta’ dawn l-isbah postijiet ta’ pajjizna. Certi li kieku jerga jkollna Gvern immexxi minn partit wiehed dawn il-battalji jkollhom jergghu jibdew mill-gdid minkejja li l-partiti l-ohra qed jaghmlu minn kollox biex ipingu lilhom infushom bhala t-tarka ta’ l-ambjent.” qal Dr. Vassallo.

Dr. Vassallo sostna “Huwa ta’ sodisfazzjoni kbir ghal partit taghna li gibna lil haddiehor jitkellem fuq il-htiega li f’Ghawdex jinholqu mpjiegi godda jekk isir investiment f’energiji mix-xemx, bahar u ir-rih kif ukoll investiment fit-teknologija ta’ l-informatika u aktar xoghol ta’ back-office. Ix-xoghol ghall-Ghawdxin huwa dritt u mhux pjacir u Alternattiva fi gvern ta’ koalizzjoni taghmel minn kollox sabiex id-drittijiet tac-cittadini ma jigux mibdula fi pjaciri u favuri”.

“Huma hafna Ghawdxin li fis-skiet taghhom gharfu li l-piki tal-partiti politici wasslu biex iharsu biss lejn Ghawdex fil-jiem ta’ qabel l-elezzjoni. Sabiex tigi ndirizzata l-karba ta’ hafna Ghawdxin ghal xoghhol ta’ kwalita’ jehtieg li l-min ser jivvota f’Ghawdex jahseb fil-perikli li tista’ tghaddi minnu din il-gzira sabiha jekk jibqghu jigu eletti zewgt partiti biss li l-interess taghhom hu kemm ser jakkwistaw voti aktar milli l-interess u l-gid ta’ Ghawdex. Wara l-hidma ta’ l-Alternattiva f’Ghawdex, l-Ghawdxin gharfu li l-aqwa ghodda ta’ l-Ghawdxin sabiex l-agenda ta’ Ghawdex tkun verament fuq quddiem nett fl-agenda tal-gvern li jmiss huwa vot ghal kandidat ta’ l-AD f’Ghawdex li kulhadd jaf li jahdem bla heda fl-interess t’Ghawdex u xejn izjed”

“Il-partit ipprezenta ‘l fuq minn 100 proposta sabiex jinholoq xoghol keattiv, modern u sostenibbli f’Ghawdex. Fil-manifest ghall-Ghawdex hemm ukoll proposti sabiex issir riforma fil-Ministeru ghal Ghawdex sabiex ikun Ministeru tassew demokratiku, trasparenti u bi tmexxija responsabbli; fejn kulhadd ikollu sehem fid-decizjonijiet li jolqtu fil-laham il-haj lil Ghawdxin u tinqata’ darba ghal dejjem l-ideja li jkun kollox possibli ghan-nies tal-qalba biss. Fost il-proposti ghal Ghawdex Alternattiva tipproponi wkoll riforma fit-trasport pubbliku f’Ghawdex li l-inezistenza tieghu wasslet li kull persuna f’Ghawdex ikollha bilfors tixtri mezz ta’ tasport inkella ma tinqediex. Proposti ohra jinkludu l-qasam edukattiv, sport, kultura u servizzi socjali.” qal Dr. Vassallo.

“Kull Ghawdxi u Ghawdxija illum jafu li Alternattiva Demokratika hija l-unika partit li wera entuzjazmu matul is-sena kollha sabiex issalva l-ambjent u l-karattru t’Ghawdex mill-kilba ta’ ftit spekulaturi li jahsbu li huma ‘l fuq mill-ligi. L-Ghawdxin jafu li d-difiza ta’ l-ambjent tfisser aktar xoghol ta’ kwalita’ f’Ghawdex u niehdu gost li l-Prim Ministru gharaf id-dokument ta’ l-Alternattiva Demokratika dwar l-ambjent ftit jiem qabel l-elezzjoni u qed iwieghed kwazi l-istess proposti ta’ l-AD dwar l-ambjent. Din hi l-kultura ta’ koalizzjoni li Alternattiva Demokratika trid iddahhal fil-pajjiz: dik li nahdmu flimkien ghall-interess ta’ pajjizna u mhux ghall-interessi ta’ min jiffinanzja lil partiti.” temm ighid Dr. Vassallo.

Il-proposti ta' l-Alternattiva Demokratika ghal Ghawdex tista' taqrahom minn fuq www.victorgalea.com

No comments: