Sunday, 10 February 2008

Kandidat ta' l-Alternattiva fin-Nadur

Dan il-week-end ghalqu in-nominazzjonijiet ghall-kandidati tal-kunsilli lokali. Alternattiva Demokratika Ghawdex ser tikkontesta fin Nadur permezz ta' Martin Camilleri li joqghod fi triq Ghajn Qasab, sewwa sew fit-triq li taghti ghar-Ramla l-Hamra. Martinu huwa wiehed mill-bdiewa li joffri is-servizzi lil Ager Foundation u jghin fil-programmi ta' eko u agro turizmu.

Martin twieled, ghex u jahdem fl-agrikultura. Bhal mijiet ta' Ghawdxin ohra, Martin kien emigra l-Ingilterra ghal 9 snin fejn hadem fil-manifattura. Meta gie lura Ghawdex ghazel is-sengha tal-biedja li kellu missieru u ghadu jahdem fl-agrikultura sal-gurnata tal-lum.

Fl-1990 gie elett president tal-koperattiva tal-bdiewa Ghawdxin - il-Gozitano fis-sezzjoni tal-Frott u hxejjex. Baqa' jigi elett kull sena u ghadu f’din il-kariga s’issa.

Matul dan iz-zmien hadem bla heda sabiex il-prodott Ghawdxi jsib ruhu fis-suq Malti. B’dan il-mod il-bdiewa Ghawdxin gawdew minn aktar profit.

Matul in-negozzjati tad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, irraprezenta lill-koperattiva tal-bdiewa Ghawdxin fi Brussell, u rnexxielu jgib fondi u nxtara makkinarju modern sabiex isir il-grading u l-ippakkjar tal-prodotti ta’ l-ikel, hxejjex u frott. B’hekk ghen sabiex il-kwalita’ tal-prodott Ghawdxi titjieb tant li issa bdejna nesportaw il-prodott taghna barra minn Malta.

Ghaliex ghazel Alternattiva Demokratika?

Inghaqad mal-Kumitat Regjonali ta’ l-Alternattiva Demokratika t’Ghawdex fl-2006. Induna li dan huwa l-uniku partit politiku li ma jibzax mill-verita’.

Ressaq ilmenti ta’ diversi nies minn Nadur lejn dan il-partit. Fosthom l-ingustizzji li jsofru residenti minhabba uhud li jahsbu li huma ‘l fuq mill-ligi.

Ghandu ghal qalbu l-ambjent u l-istorja t’Ghawdex u jaf sewwa li l-qerda ta’ aktar art fil-kampanja ma tergax titregga lura.

Il-Kuragg tieghu wrieh, meta insista li r-residenti ghandhom ikunu nfurmati sew dwar proposta li jsir cimiterju iehor fuq ir-rih tar-Ramla l-Hamra minflok ma sar f’post iehor minghajr ma’ jaghmel ebda hsara lil ambjent naturali u lill-pjan ta’ l-ilma li tant hu mehtieg ghal biedja u kull min igawdi minnha.

Ha sehem f’diversi successi li kellha Alternattiva Demokratika f’Ghawdex fosthom il-kwistjonijiet marbuta ma’ zvilupp xejn sostenibbli proposti ghal Ta’ Cenc, Ir-Ramla l-Hamra u Hondoq ir-Rummien.

Stqasejt lil Martin dwar xi proposti li ghandu meta jkun elett fil-kunsill lokali tan-Nadur u qalli dawn il-punti:

· jassigura harsien ta’ l-ambjent naturali u rurali tar-rahal taghna;

· imexxi ‘l quddiem prodotti agrikoli u organici fil-lokalita’;

· jara li l-aqwa rizorsa naturali li ghandna, l-ilma, jigi protett sabiex ingawduh ahna u generazzjonijiet futuri;

· issir rijabilitazzjoni tal-widien ta’ madwar in-Nadur, ix-xaghri u l-kampanja waqt li jassigura li l-pubbliku jkollu access shih ghal dak li hu tieghu bi dritt;

· min jahdem l-ghelieqi jkollu access tajjeb u bla periklu;

· isir djalogu ferm aktar wiesgha halli r-residenti jkunu jistghu isemmghu lehinhom fi progetti li jolqtu lilhom;

· idahhal aktar serjeta’, demokrazija u responsabbilta’ fil-kunsill;

· l-infieq li jsir minn flus il-poplu isir bl-aktar mod ghaqli u trasparenti;

· ihajjar aktar bdiewa u nies tas-sengha jaghmlu profit minn turizmu alternattiv bhalma hu l-agro u l-eko turizmu fost ohrajn;

· jappoggja xoghol li diga’ sar tajjeb mill-kunsill waqt li jahdem sabiex jitwaqqaf Citizens Advice Bureau li joffri pariri b’xejn lic-cittadini dwar id-dritijiet u l-obbligi taghhom u b’hekk itaffi l-problemi li jiffaccjaw minhabba burokrazija zejda u proceduri kumplikati;

Awguri Martin, f'Ghawdex ghandna bzonn nies kuraggjuzi bhalek.

No comments: