Friday 11 July 2008

Echo-Ghawdex


Il-bierah sirt naf li l-Ministru ta' Ghawdex ser taghmel launch ta' porcess konsultattiv dwar l-eco-Ghawdex fil-Wied tal-Lunzjata.

S'intendi ma kontx mistieden. Kont kurjuz li mmur u nara min huma l-mistednin. X'seta gara? Ma jhallunix immur il-Wied?

Mort. Jien u niezel bdew gejjin il-memorji ta' meta ghamilt 9 snin nahdem f'dan il-Wied tal-Lunzjata. Bhala ghalliem kont niehu l-klassijiet t'Ghawdex jaghmlu fieldwork f'dan il-wied. Lill-istudenti kont inqassamhom fi grupp u min jistudja l-ghasafar tal-post, min jaghmel survey dwar iz-zibel li jingabar fil-wied, min jahdem fuq il-pjanti tal-wied, min jaghmel esperimenti marbuta mat-temp....Insomma kont nivvinta u kont noghxa nara t-tfal jitghallmu u fl-istess hin jiehdu pjacir. Ghadni sallum niltaqa ma xi tfal (illum tfajliet u guvintur) u jghadduli kumment: "Tiftakar sir meta kont tehodna il-Lunzjata?"

"U zgur li niftakar!"

Imma illum ma mortx nara 'hands-on activity' tafux. Ma kienx hemm wisq x'taqbad - u ifhmuni.

Mort nisma u nosserva.

Lhaqt bicca mid-diskors ferm sabih tal-Ministru dwar kemm il-Gvern qed jaghmel favur l-ambjent t'Ghawdex....diskors li int tista' taqrah specjalment fuq il-mezzi tal-media tal-PN inkluz l-editorjali tat-Times u s-Sunday Times.

Min kienu l-mistednin allura?

hehehehehe

Is-sindki tal-Kunsilli tal-villaggi sbieh u pittoreski tal-gzira ekologika :)

Iva...kien hemm is-sindku li qabel l-elezzjoni li ghaddiet tnejjek wahda bin-nies zul minn hemm. (AQRA HAWN).

Is-sindku li tghidx kemm tefa' terrapien f'wied tant li tal-MEPA marru jnaddfuh warajh u min fuq arrestaw lil Kunsillier ta' l-AD John Mizzi talli mar jiehu r-ritratti (AQARA HAWN)

Is-Sindku li mela' l-irdumijiet tas-Sanap fil-Munxar bil-konkos (AQRA HAWN)

U nista' nibqa nsemmi wiehed/wahda wara l-ohra....

Interessanti kien hin il-mistoqsijiet.

Min tkellem?

Number 1: HADD mis-sindki Nazzjonalisti (of course)

Tkellmu pero is-sindku tax-Xewjkija u s-sindku tax-Xaghra. U min minkom irid jitghallem xi tfisser NIMBYism messu gie dalghodu.

Interventi ohra saru minn ambjentalisti Maltin li gew fil-post ovvjament mhux permezz tat-trasport pubbliku (peress li dan f'Ghawdex ma jezistix).

U semmewlha (lill-Ministru) dwar il-pozizzjoni taghha dwar diversi 'zviluppi' li saru taht ghajnejha jew hemm proposti li jsiru.

U l-Ministru tassew clever tafux.

"Il-Ministeru mhux responsabbli mill-hrug ta' permessi f'Ghawdex"

U qalet li mhux etika li l-Ministeru jiehu xi pozizzjoni kontra jew favur xi progett...."Dak xoghol l-awtoritajiet kompetenti"

Tajjeb ukoll....
Nisthallilkom tghidu...'allura l-Alternattiva Demokratika tassew ma jafux x'inhi etika meta johorgu pozizzjonijiet cari kontra spekulazzjoni f'Ta' Cenc, il-qerda tas-sbuhija tar-Ramla l-Hamra u postijiet ohra bhal Hondoq ir-Rummien u d-Dwejra'

Ara... tassew Eku-Ghawdex u mhux EKO-Ghawdex. Hemm differenza.

Insomma qabel ma tlaqt mort fuq il-Ministru u s-segretarju taghha is-Sur Borg u fakkarthom li nistenna li tibaghtilna ghal laqgha mal-Ministeru bhala parti minn dan il-process konsultattiv.

Nemmen li bhala Alternattiva ghandna wisq x'noffru biex dan l-EKU jsir tassew EKO.

Meta l-AD hrigna bl-idea ta' Ghawdex bhala gzira ekologika (sentejn ilu) konna nafu x'qed nghidu.

Tlaqt nigri ghax ridt nara x'qed jigri mill-appell quddiem il-bord tal-MEPA dwar il-famuzi villel tar-Ramla l-Hamra li ironikament instemghu f'Ghawdex fl-istess jum u kwazi fl-istess hin.
Imma lahhaqt ma' kollox.

Naf li hawn minnkom jiehdu gost jidhqu u allura dalwaqt nikteb ir-rakkont minn go l-'awla' tal-bord tal-Apelli tal-MEPA. Ha nsemmiha 'Il-Qorti tal-Kangaruw'. Naf li mhux title originali sakemm ma nsibx xi haga aktar originali :)

Sahhiet

Victor

1 comment:

Anonymous said...

Ghogbitni hafna :

Ta' l-AD Eco-Ghawdex, Taghhom Echo-Ghawdex !