Sunday 7 September 2008

Inħibb dok li hiw tagħne


Illejle murna sal-Munxor. Ken hemm il-"Festival tad-Djaletti". Qett ma kint murt. Ġietnej il-kurżito wara li ċertiw Daphne Caruana Galizia (dejk li tiktib kwużuj kuntra kulħadd) kitbit hekk: "there’s a dialect demo in Gozo, should you be interested in this sort of minutiae of introspection". Mowr ġibe tgħejde bil-Multuj dejn il-kilme! Ma nofx lil mejn ma tippruvox twaqqa' għan-nejk din Daphnej wkill.

Don il-festivol ken urganizzot mill-NGO VersAgħtini - Il-Kelma Maltija, sabex iġijbu 'l quddem dok li jgħejdiwliw il-"linguistic heritage". Appuġġja din l-attivito' il-Kunsill Lukuluj tal-Munxor.
L-urganizzatriċej kienit Miriam Cassar li għandhe website li ta' min jaruha. (Agħfas hawnhekk)

Insumma jen murt ma' Mikielej Bajjuda. Ġet il-famulja tiegħew u ġet Miriam tiegħej ukill b'Savio.

Ċertu Francesca Mustija ppreżentot.

Bide Ġużi taż-Żejtiwn jitkellem bid-djelett Żejtuni. Dok ladarba jibde jitħaddit, ħadd ma jweqqfiw, anzuj, jekk jisimgħek treddin x'ħejn ikiwn jitħaddit hiw, jgħejdlik li sa taqtagħliw il-bewle. Tkellem fuq il-Multuj 'standard' u l-Multuj tar-raħal.

Warajh tkellem Mikilej bid-djelett tal-Munxor stess. Semme li f'dor fuq il-ġnen fejn kinne, ken trabba il-Prufessiwr Guze' Aquilina. Imbaghad qraw xi tfajlet minn ta' Sannot li wkill qraw bid-djelett tegħhim. Kien hemm uħra li malajr tintuna li mix-Xewkija għax kull kelme bil-Q tgħejde bil-K.

Tajba kinit ix-Xlukkajra li kienit bil-qiegħde ma' ġembej. Mhux biss tkelmit bix-xlukkajr imma kantot ukill bid-djelett tagħha. Isemgħewhe ftejt:






Insejt ngħidilkim li Francesca (dejk li ppreżentot) qrot ukoll xi riċerke li għamlit fuq id-djalettej.

L-urganizzatriċej durut fuquj bex jen ukoll nitkellem nitfa bid-djelett tal-Għarb. In-nes ta' l-Għarb il-GĦ iħissuha Ħ (bħal Għ(Ħ)arbi). Ismagħni nitfe:


Jekk trejd aktar tagħrujf fuq id-djelettej Maltujn agħfas HAWN u ssejb websajt bi prugrammuj minn CampusFM. Żewġ prugrammuj minnhim hume fuq id-djelett ta' l-Għ(Ħ)erb. Hemm Liże tal-Barruj. Isimgħewhe.

Dal-għodow ġibiw xa ħaġe fuq it-Times. Ura il-vidjow hawnekk

Kemm ġe sabujħ Savio tiegħej :)

4 comments:

Ederico said...

Sur Galea, prusit to, però naħsib eżaġerojtu kemmxejn dad-djalett Għawċej, jew fursi tan-Nadowr kemmxejn anqas spikkuta d-diverġenza mil-lingwa Multija.

Anonymous said...

Kienet serata interessanti hafna u nixtieq li dawn is-serati issirilhom aktar pubblicita biex b'hekk wiehed ikun jista jattendi. Grazzi Vic li tajtna hjiel ta' meta wiehed jikteb bid-djalett (noqoghdu attenti issa li nghidu djalett u mhux bl-Ghawdxi)ghax mhux daqshekk stajt nghaggel biex naqra din il-blogg !!!

Anonymous said...

Aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed isiru interessanti u sbieh il-blogs tieghek Victor. Barra minn hekk ghoxejt nara il-videos u nies li jitkellmu bid-djaletti differenti. F'dik l-attivita li saret il-Munxar innutajt kemm min attenda kien qed jiehu gost. Attivitajiet bhal dawn jinzlu ghasel f'serati Sajfin.
Imbghad xi nghidu ghac-ckejken Savio dak it-tifel veru qisu BUKKETT TAX-XANDRI bhal ma kienet thobb tghidli n-nanna tieghi (li kienet minn Hal Gharghaw )meta kont ghadni tfal.

Anonymous said...

Kienet ideja stupenda li jkunu mlaqqa d-djaletti f'serata wahda, interesanti hafna li f'daqsxejn ta' gzira issib daqstant dijaletti, nahseb li tkun interesanti wkoll li jkunu mlaqqa' d-djaletti ta' malta f'serata simili. Victor u Miriam xi gmiel ta' tifel ghandkom Alla jbierku.