Habib taghna baghtilna din il-poezija. Ara tghogbokx. Lili ghogbitni ferm.
Din id-darba Alternattiva
se nivvota kif nixtieq.
Mhux lin-nies li gà bieghuna
li jaghtuna biss bis-sieq.
Mhux se nitfa l-vot fil-kaxxa
biex igawdu l-ftit ta’ gewwa.
Se nivvota Alternattiva
ghax kapaci w jghidu s-sewwa.
Mhux se ntih lill-kuntratturi
mhux se npaxxi l-kaccaturi
mhux se ncedi ’l dawk li saqu
qishom gaffa minn fuq rasi
mhux se ntih ’il min ga staghna
minn fuq dahar it-taxxi taghna
mhux se ntih lic-caqnijiet
biex nitmermer hawn fis-skiet.
Jien dad-dritt mhux se ncedih.
Dan il-vot mhux se nahlih.
Ma nibzax minn popli ohra
mit-twemmin u mill-kulur
Imma nibza’ mir-razzizmu,
mill-mibgħeda, mit-terrur
Ma nibzax mid-differenzi
il-bnedmin hekk maghmulin.
Ahna kollha lwien f’qawsalla
li jixghelu lil xulxin.
Jien did-darba rrid il-bidla
mhux politka tat-tpacpic
mhux min jiflah tih ha jhawwel
go dar-renju tat-tghaffig.
Dal-vot tieghi, xejn hlief tieghi,
u se naghmel bih li rrid.
Tghid mhux se naghtih lill-klikka
li staghniet ghax tal-partit?!
Tista’ toqghod hemm titbissem,
Tista’ tidhaq, int, kemm trid...
Se nivvota Alternattiva
biex ghal darba nghid li rrid.
Jien irrid partit li jahdem
biex dal-bini ma jkomplix
biex din l-arja tkun nadifa
biex l-iskart ma jordomnix.
Biex inharsu dil-kampanja
Biex fis-sema nara t-tajr
biex il-bahar ma jkunx mandra...
Dal-partit, avolja zghir,
ghandu l-hila, l-konvinzjoni
ghandu l-gazz, ghandu l-vizjoni.
Din id-darba Alternattiva:
Tghid li trid it-Times li ghandna.
Jghid li jrid xi Fr. Peter,
hawn eluf li xebghu bhalna.
Mhux se nahli l-vot did-darba
fuq xi kiesah b’mohh ta’ bott
fuq xi hadd li bena Malta
fuq xi pampalun korrott
fuq mudell ta’ l-arroganza
fuq min ligi mhemmx ghalih
fuq min jhedded u jitpastaz -
jien dal-vot mhux se nahlih
Din id-darba Alternattiva
ghazla bhalhom zgur li mhemmx.
Din id-darba Alternattiva
forsi fl-ahhar titla ix-xemx!
ALFRED MAGRI
Nistiednek tisma' u tara bicca minn dal-vidjow.
No comments:
Post a Comment