Friday, 22 February 2008

Difiza ta' l-ambjent ghal Xoghol ta' kwalita'

Il-Billboard tieghi f'Ghawdex qieghdha ezattament hdejn it-traffic lights tax-Xewkija - taht il-Mithna.

Sa' ftit jiem ilu l-messagg kien ' juzawk u jarmuk - ahna nistmawk dejjem'.

Ftit jiem ilu inbidel f'dan:

B'wicci minn quddiem nista' nghid li Alternattiva Demokrtika biss ghandha policies cari dwar il-futur ambjentali f'Ghawdex.

Kemm ilna nezistu bhala Kumitat Regjonali ta' l-AD Ghawdex, iltqajna ma mijiet ta' Ghawdxin fuq bazi individwali u qasmu mieghi esperjenzi ta' ngustizzji minn naha ta' Awtorita' li suppost tiehu hsieb l-ippjanar. Mijiet ta' Ghawdxin li sa ftit ilu kienu jxejjru imkatar homor jew blu' avvicinawna ghax jafu li ahna ma ninxtrawx. Jafu li l-fondi tal-partit taghna m'humiex gejjin minn ghand xi hadd b'sahhtu. Jafu li ahna genwinament jinteressawna nies li m'ghandhomx vuci, jew li l-vuci taghhom ma tinstemax jekk m'ghandhomx ir-rih fil-qala'.

Ghalfejn difiza ta' l-ambjent?
Ghax l-Ghawdxin jixirqilhom xoghol f'Ghawdex u xoghol ta' kwalita'

Ha nispjega ftit:

Kulhadd jaf li Ghawdex jigbed eluf ta' turisti u Maltin propju ghax Ghawdex sabih. X'fiha hazin allura li nzommu lil Ghawdex sabih?

Inzommu lil Ghawdex sabih mhux billi nehduha kontra kull tip ta' zvilupp jew kull tip ta' kostruzzjoni. Irridu li jsir zvilupp f'Ghawdex - imma rridu li jsir zvilupp bil-ghaqal. Ma rridux li Ghawdex jibqa' presepju imma lanqas irridu li Ghawdex isir Manhattan fil-Mediterran.

Minflok inkomplu innaqqru mill-kampanja taghna, hemm bzonn li nikkonvertu bini li huwa abbandunat u mitluq u jigu mibdula f'residenzi sbieh li jaqblu mall-karattru Ghawdxi.

Qatt rajt turisti jiehdu ritratti ta' faccata ta' xi dar sabiha tipikament Ghawdxija?

Qatt rajt turisti jiehdu ritratt ta' xi blokka gebubi ta' flettijiet vojta li ma joqghod fihom hadd hlief li jinkrew ftit jiem fis-sena lil xi erba' Maltin f'Santa Marija?

Mhux dan it-tip ta' xoghol irridu noffru lill-Ghawdxin, xoghol ta' seftur/a tahsel xi par lozor wara li alla jaf kif wiehed kera xi week-end lil xi familja Maltin.

L-ideat taghna ghal xoghol ta' kwalita' jinstabu fil-proposti taghna ghal Ghawdex. Nitolbok taghfas hawnhekk biex issir taf aktar.

Ilna s-snin nitkellmu dwar li Ghawdex ghandu jkun gzira ekologija b'holqien ta' mpjiegi godda u morderni. X'gara s'issa?

U nirrepeti dak li qed jistaqsuni n-nies:

X'ser jigri mir-Ramlaq, Ta' Cenc u Hondoq wara l-elezzjoni?

u jien nghidilhom: "Jiddependi mill-vot tieghek siheb"

No comments: