Saturday, 23 February 2008
It-tmexxija t'Ghawdex u Xarabank
Kwazi kull Ghawdxi midhla tal-politika lokali jaf min hu s-Sur George Cremona.
"Issa li l-Prim Ministru qal li jrid jaghmel lill-Ghawdex gzira ekologika, tista' l-Ministru tghidilna dan xi jfisser?" staqsa is-Sur Cremona.
"Out of order. Bir-rispett kollu...hawnhekk mhux Bondi+ jew Xarabank. Insaqsu mistoqsijiet li ghandhom x'jaqsmu mas-suggett. Is-suggett hu dwar it-tmexxija t'Ghawdex" insista ic-chairman tal-panel l-avukat Grech.
U bqajna ghaddejjin bil-mistoqsijiet mill-udjenza pjuttost numeruza u risposti minn naha tal-panel.
Il-panel kien iffurmat minni bhala l-kelliem ta' l-AD ghal Ghawdex, Josie Muscat ta' l-AN, f'isem il-PN kellna lil Govanna Debono u l-avukat Refalo ghall-MLP.
Kulhadd qal il-veduti tieghu. Jien tkellimt dwar l-AD bhala l-aqwa ghodda ta' l-Ghawdxin ghall-tmexxija demokratika u kemm jista' jkun awtonoma f'Ghawdex mill-manifest ta' l-Alternattiva Demokratika dwar Ghawdex fost ohrajn. U kulhadd qal il-veduti tieghu. (tista tara l-veduti ta' l-AD billi taghfas HAWNHEKK)
Imma l-aktar li laqatni kien li wara li spicca d-dibattitu, mort jien fuq is-sur Cremona u bdejt inkellmu fuq l-idea li Ghawdex ikun Gzira ekologica. X'tahsbu li gara?
Is-Sur Cremona gie ala bieb il-hanzira xi tfisser griza ekologika u l-impjiegi marbuta ma' dal-progett ambizzjuz li ilha titkellem dwaru Alternattiva Demokratika ghal dawn l-ahhar snin. Is-sur Cremona ma kienx interessat ikun jaf. Lanqas biss ried jisma'.
Mela ghalfejn ried jistaqsi lil Ministru eh?
Tassew haseb li kien fuq Xarabank!
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment