Monday, 18 February 2008

Kampanja ta' gideb u biza', issa f'Ghawdex ukoll

Mhux biss fid-djar tan-nies li jghixu fl-10 u d-9 distrett izda issa wkoll fit-13-il distrett, voldieri f'Ghawdex.

Marru fuqu l-familjari ta' wiehed mill-kandidati tal-PN u tghidx xi priedka ghamlulu biex ma jmurx jaghti xi vot lili.

Qalli: "Gabuni tifel zghir. Qaluli biex lanqas it-2 jew it-3 jew il-4 ma naghti lill-Kandidat ta' l-Alternattiva"

Jien: "Veru jew?"

Qalli: "Xejn... anzi qaluli biex jekk jien imdejjaq bin-Nazzjonalisti, ahjar nivvota lil xi hadd minn tal-Lejber milli naghti xi vot lil ta' l-Alternattiva"

Jien: "U x'ghidtilhom"

Qalli: "Ghidtilhom li int tigi minni u kont qed nahseb li almenu jhalluni bi kwieti"

Jien: "Nahseb li nhasdu x'hin ghidtilhom li tigi minni"

Qalli: "Lanqas xejn ma nhasdu. Kienu qed jistennewni nghidilhom hekk anzi, ghamluli priedka biex nivvota lejber basta mhux lil ta' l-Alternattiva."

X'tahsbu eh? arroganza jew perswazzjoni?

Stejjer bhal dawn jaghmlu l-politika mahmuga. Minn servizz igibu l-politika hmieg. Minn banda tajjeb tohrog il-verita' minn qalb certu nies li jilghabuha tal-martri quddiem l-interess ta' Ghawdex.


Isma d-diskors taghna kemm hu differenti. Il-Vot tieghek mhux ta' l-AD jew il-PN jew l-AN jew l-MLP. Il-vot tieghek m'hu ta' ebda partit, lanqas m'hu tan-nanna jew tal-buznanna.

Int taf li jekk tivvota lili, jien ser nahdem ghall-interess ta' Ghawdex u mhux ghal tal-qalba. Jekk trid hekk, nirringrazzjak tal-vot.

Jekk tahseb li hrigt ghonqi niddefendi lill-diversi residenti u setturi f'Ghawdex matul dawn l-ahhar snin, ghamilt dan ghal xi gwadann personali; allura tivvotalix.

Ivvota u gib bidla fil-mentalita'. Grazzi hafna tal-vot tieghek.

No comments: