Hemm min ighid li fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li ghaddew (Marzu 2007), l-PN mar hazin u hemm min ighid li l-Alternattiva gabu rizultati sbieh u hemm min ighid li l-MLP rebah. Jien nghid li rebhu r-residenti.
Ir-residenti taw prova li mhux ta' min jehodhom bic-cajt f’lokalitajiet bhal Munxar meta tant irregolaritajiet saru bil-barka tal-PN u kunsillera ta' l-MLP. Kien propju hawn li l-Alternattiva gabet l-akbar success ta’ kwazi 12 fil-mija tal-voti favur il-kandidat taghha.
U xi nghidu ghal lokalitajiet ohra bhalma kienu Rahal Gdid? F'din il-lokalita' kelli esperjenzi li tghallimt hafna. Matul iz-zjajjar tieghi lir-residenti flimkien mal-kandidat taghna tisma' lil kulhadd b’vuci wahda li t-telqa' fir-rahal taghhom hi tal-biza! Rajt b'ghajnejja stess siringi tad-droga fil-gonna pubblici u genituri nkwetati li ma jistghux jafdaw lic-ckejknin taghhom jilghabu barra mid-dar minhabba dan il-periklu. Kienet xi haga xokkanti li kwazi kull dar li habbatna ltqajna ma' adulti u tfal li jbaghtu bin-nifs minhabba t-tniggiz ta' l-arja. Allura wiehed jistaqsi: ghaliex l-Alternattiva gabet kwazi 4 fil-mija tal-voti u n-nies ma vvutawx bil-qawwa lill-kunsillier ta’ l-AD?
L-istess bhal lokalita' tal-Mosta. Il-Kandidat ta’ l-Alternattiva kiseb ukoll kwazi l-4 fil-mija tal-voti. Kien ukoll fatt kurjuz li ltqajna ma' residenti li wara li nvestew tant flus fil-propjeta' taghhom li bil-kemm riedu jemmnu li faccata ta' djarhom inhareg ghal zvilupp minflok il-kampanja li holmu li ser igawdu ghal tul ta' zmien. U anke in-nies tal-Gzira. Kull fejn tara krejnijiet u traffiku. Possibli li r-residenti tal-Gzira jaccettaw li l-lokal taghhom jispicca lembut ghat-traffiku kollu li jrid ighaddi ghas-Sliema u l-inhawi tal-madwar? Ma nahsibx. Imma allura ghaliex in-nies ma vvutawx bil-qawwi anke hawnhekk favur l-Alternattiva?
Zgur mhux tort tar-residenti. Huwa htija taghna li ma kkomunikajniex b’mod effettiv ma’ dawn in-nies. Irridu naghmlu xi haga dwar dan qabel ma jkun tard wisq ghal dawn il-lokalitajiet u tant ohrajn bhalhom.Interessanti pero' li r-residenti ta' H'Attard u s-Swieqi ghamlu decizjoni differenti. Ukoll dawn iz-zewgt lokalitajiet gew mahkuma minn zvilupp xejn sostenibbli. Djar sbieh jinbidlu f'gebubi ta' flettijiet, wesghat miftuha jinbidlu f'aktar konkos u siment u t-traffiku xejn kontrollat, izda jidher li l-vizjoni ta’ l-Alternattiva dwar is-sahha u kwalita' ta' hajja ahjar waslet sew ghand in-nies t'hawnhekk u ghalhekk tellghu lil kandidati ta' l-AD bil-kwota mehtiega.
Kulhadd jaqbel li hawn min jivvota fuq bazi personali, fuq livell lokali u fuq livell nazzjonali. Irrid inzid pero' li ghad fadal ukoll minn jivvota fuq livell passjonat. Jidher pero’ li l-passjoni politika qed tonqos aktar ma’ l-poplu Malti u Ghawdxi jinduna li sistema ta’ zewgt partiti biss u zewgt partiti f'kollox qed tistagna l-izvilupp socjo-politiku fil-hajja Maltija. U dan jawgura tajjeb lit-Tielet Partit - L-Alternattiva Demokraika.
Alternattiva Demokratika qatt ma tista' tfittex maggoranzi assoluti. Anzi l-Alternattiva nholqot sabiex verament ikun hawn demokrazija fejn il-poter ikun f'idejn ir-residenti u mhux f’idejn min ghandu l-maggoranzi!
U ma jistax ikun li ssir xi tip ta' analizi minghajr ma wiehed jikkunsidra b'serjeta' kbira lil dawk l-eluf li jiddeciedu li ma jivvutawx jew imorru jivvutaw u jhassru l-vot taghhom. Jien darba kont wiehed minnhom u nahseb naf x'jigifieri. Il-politika hija process. U jien ghaddejt minn dan il-process. Indunajt li jekk ma nivvutax ikun ifisser li qed nghid lil kull politikant sabiex jaghmel bija dak li jrid u jghogbu. Jien ma rridx hekk. Meta tlift il-fiducja fil-partiti tal-maggoranzi assoluti ddecidejt li nivvota lil dak il-partit li jista’ jinfluwenza u li jgib lill-partiti l-kbar jahdmu flimkien ghall-interess tan-nies u mhux ghall-interessi tal-partit. Kont iddejjaqt nisma' l-partiti l-kbar jghoddu l-persentaggi sabiex ikollom biex jattakkaw lill-partit tellief. Bdejt nivvota Alternattiva. Ma jiddispjacinix. Inhossni issa hieles fil-hsieb politiku tieghi. Fejn hu hazin ma niddejjaqx nghid li hu hazing, jaghmlu min jaghmlu, u fejn hu tajjeb lanqas niddejjaq infahhar lil min ikun wettqu. U nahseb li kien hawn hafna li ghamlu bhali f’din l-elezzjoni u ninsab cert li aktar ma jghaddu l-jiem ser ikun hawn aktar li jifmhu li huma ahna l-votanti li nistghu ngibu din il-bidla. Naturalment il-partiti l-kbar huma komdi b’din is-sitwazzjoni ta' poter assolut.
Nixtieq nirringrazzja li dawk il-hafna Maltin u Ghawdxin li wara dan ir-rizultat bdew jikkumunikaw ma' l-Alternativa Demokratika anke permezz ta' l-E-mails. Uhud minnhom fhemu li l-AD hija forza politika li mhux ta' min jinjoraha. Ohrajn qed juru x-xewqa li jsiru jafuna mill-qrib u mhux kif jirrapurtawna n-NET jew is-Super One. Inkompli nghidilhom li fl-Alternattiva jsibu l-ispazju kollu li ghandhom bzonn sabiex igibu bidla ta’ kif ghandha ssir il-politika f’pajjizna. Nemmen li ma jdumx ma jasal iz-zmien biex, bhal kull pajjiz Ewropew iehor, il-poter jibda jinghata lin-nies u mhux lil partiti tal-maggoranzi.
No comments:
Post a Comment