Monday, 28 January 2008

Xi jfisser vot ghalija?

Inhoss li 2,500 Ghawdxi huma lesti li jgibu bidla f'Ghawdex perezz tal-vot taghhom fl-elezzjoni li gejja ghax jafu li, vot ghalija jfisser li:

Ghawdex ikun verament gzira distinta, jinholqu impjiegi godda marbuta mat-teknolgija ta' l-informatika, servizzi finanzjarji u bazi ta' xoghol back office;

F'Ghawdex jinholqu impjiegi godda marbuta ma' investiment qawwi u bis-serjeta' f'energija alternattiva;

F'Ghawdex issir qabza fil-kwalita' fis-setturi edukattivi, servizzi socjali u fl-ambjent b'holqien ta' xoghol gdid;

Inkomplu niddefendu l-ambjent u s-sbuhija t'Ghawdex ghall-turizmu matul is-sena kollha biex jinholqu mpjiegi ta' kwalita';

Issir gustizzja fejn lehen ic-cittadin jinstema' f'kull livell ta' l-amministrazzjoni minghajr ebda diskriminazzjoni;


Isir titjib bis-serjeta' fit-trasport pubbliku bejn l-irhula, il-gzejjer u konnessjonijiet ma' pajjizi u gzejjer ohra biex turisti jigu direttament lejn Ghawdex;

Ghawdex ikun tassew rapprezentat fil-Parlament u l-vot ta' l-Ghawdxin ma jibqax jiswa anqas minn ta' min jghix f'Malta.

No comments: