Hawn min ighid li l-Karnival is-sena kollha. U veru hekk...ghax skond x'tifhem b'karnival hux.
Wahda mill-ghaxqiet tieghi hu meta naqbad l-argunett f'idejja u nibda ndoqq 'tad-dudej' jew 'taxi Mary' jew 'hafna xoghol ma jghoddx ghalina' jew qabda kanzunetti ohra tal-widna.
Imma l-isbah meta ma nkunx wahdi. L-isbah meta ma' l-argunett ikolli lil Pietru bir-rabbaba u l-Zeppi bit-tamburlin. Anke it-Tulli fih gennata. Tajba tkun meta tigi Tessie.
Pietru prima ghar-rabbaba. Mhux biex idoqqha biss imma anke biex jaghmilhom. Kien ilni niprova naghmel rabbabi. Ipprovajt nuza l-glud tal-fniek imma kull ma servieni kienu biss ftit gimghat. Ir-raguni kienet ghax peress li waqt li tkun qed iggerri l-isponza bl-ilma mal-qazba hierga mill-gilda; il-qtar ta' l-ilma jdghajjef il-gilda u allura facli tittaqqab. Garadarba tittaqqab il-gilda daqshekk hoss. Darb'ohra iddubajt gild ta' haruf. Din kienet ferm ahjar, anke il-hoss tieghu isbah mill-gild tal-fniek. Li grali pero, tnawwar. Pietru jghidli li kien messni ppreservajt il-gild fil-melh ghall-gimgha. Jien kemm nixxiftu ma' hajt fix-xemx. Sew ighidu li kollox fih is-sengha tieghu. Pietru pero' tax-xehta. Tax-xehta mhux biss biex jaghmel rabbaba prima imma anke biex izomm ir-ritmu mad-daqq. Ir-rabbaba li ghandu bhalissa jghid li mill-gild ta` qattus. Jien ma nemmnux. Imma ghandu widna tajba. Issa qed jigi l-Gharb ghand Dun Achille (hu l-isqof Cauchi) biex jitghallem l-argunett ukoll. Hasra li ma jkunx jista' jiehu l-argunett mieghu fuq ix-xoghol. Pietru bahri mall-Gozo Channel u sikwit nghidlu li kieku jkollu l-argunett naghmlu karnival fuq il-fliegu.
Zeppi ta' Kurun mbaghad jinqala ghat-tamburlini. Ghandu sahha f'subajh daqs kemm ghandi jien f'idi. Ghalhekk is-swaba wiehed wara l-iehor b'heffa liema bhala tassew jaghmlu r-ritmu sabih. M'hemmx bzonn ikollu l-qatra biex jaghmel burdel, imma jekk ikollu bela' mbid tghidx kemm jghaqqad. Imma dan jiddependi jekk martu Marjanna tkunx fil-kumpanija taghna jew le, ghax ma kull tazza nbid li jixtrob, xuftejn Marjanna jibdew jiddendlu l-isfel bhal wahda tal-Bazutu, u tghidx kemm tfaKKalu bil-K. It-tnejn mix-Xewkija, sewwa sew minn naha ta' Hanzira u allura l-'Q' ighiduha 'K'.
Tessi tax-Xaghra mara twajba hafna. Fiha ghaxqa meta tinghaqqad maghna. Tinqala' wkoll ghat-tamburlini. L-ghaxqa taghha meta tidhol tant fir-ritmu li t-tamburlin tibda ddoqqu wkoll b'kuxtejjha u b'sormha. Ma nafx hix parti mill-karatteristici tad-daqqaqa li nsib jien, imma Tessi wkoll thobbha il-bela' u allahares ikun hemm l-imbid ghaddej u ma jnewlulhiex il-flixkun.
It-Tullu Xewki iehor prima ghall-kitarra. Tassew naqblu jien u hu. Nghidlu li ha ndoqq fuq id-DO u naqblu perfettament. M'ghandniex ghalxiex le, ghax jien kollox fuq id-DO indoqq u kultant naghfas is-SOL u xi drabi fuq il-FA. Kollox magguri u xejn minuri. L-unika diska li nibqa bil-minuri hi 'hafna xoghol ma jghoddx ghalina'.
Dan il-karnival naghmluh meta jfettlilna. Ma noqghodux nistennew Frar. Xi darba niltaqa ma' Pietru fuq il-vapur u nifthiemu niltaqghu fil-week-end. Fis-sajf nerhula ghand Koli fir-Ramla. Jew inkella meta jkolli xi turisti ghand Zeppi ta' Kurun biex jahilbu n-naghag u jaghmlu l-gbejniet, arana naqbdu l-argunett u t-tamburlin u doqqulhom tad-Dudej. U ha nghidilkom, jekk ikolli naqra mbid go rasi anke jien nibda nghanni, waqt li s-swaba tax-xellug ifittxu l-buttuni suwed u s-swaba tal-lemin fuq il-keyboard ifittxu ghall-melodija u nibda sejjer:
Ninu Ninu Ninu gej
Bin il-mara tad-Dudej.
Id-Dudej ghandiw haniwt
b'idiw w jdejh gewwe l-biwt
Ghalina dan hu l-karnival. Imma fil-karnival propja, voldieri daz-zmien, il-briju jkun akbar. Toni tat-Triq ta' l-Ghajn jerfa' l-aqwa imbid ghal daz-zmien. Jghaqqdu maghna erba' rgiel ohra. Wiehed minn Ta' Kercem isuq it-Taxi igib mieghu l-argunett tal-halq, Gorg ix-Xemx bil-kastanjoli u Pawlu l-Kuskus inemmes xi nisa li jghaqqdu biz-zfin. L-iprem meta jkollna l-maskarati kollha saqqajhom suf u sider liema bhalu! Heq kollox hemm hinu u waqtu.
Ismaghni ndoqq l-argunett 'Ma taghmlu xejn ma' Ganni Mizzi' u taghtix kaz l-izbalji please:
No comments:
Post a Comment